|
+Artikolu 13 1. |
Artikolu 13 1.Il-miżuri ta' ►C1 diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti ◄ għandhom jinkludu:
(a)
l-identifikazzjoni tal-klijent u l-verifika tal-identità tal-klijent fuq il-bażi ta’ dokumenti, data jew informazzjoni li jinkisbu minn sors affidabbli u indipendenti, inklużi, meta disponibbli, mezzi tal-identifikazzjoni elettronika, servizzi fiduċjarji rilevanti kif stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 17 ) jew kwalunkwe proċess ieħor ta’ identifikazzjoni sikura mill-bogħod jew elettronika, regolat, rikonoxxut, approvat jew aċċettat mill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti;
(b)
l-identifikazzjoni tas-sid benefiċjarju u t-teħid ta' miżuri raġonevoli biex tiġi vverifikata l-identità ta' dik il-persuna sabiex l-entità marbuta b'obbligu tkun sodisfatta li taf min hu s-sid benefiċjarju, inklużi, fir-rigward ta' persuni ġuridiċi, trusts, kumpanniji, fondazzjonijiet, u arranġamenti legali simili, billi jittieħdu miżuri raġonevoli biex tinftiehem is-sjieda u l-istruttura ta' kontroll tal-klijent. ►M1 Meta s-sid benefiċjarju identifikat ikun uffiċjal maniġerjali anzjan kif imsemmi fl-Artikolu 3(6)(a)(ii), l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jieħdu l-miżuri raġonevoli meħtieġa biex tiġi vverifikata l-identità tal-persuna fiżika li tokkupa l-kariga ta’ uffiċjal maniġerjali anzjan u għandhom iżommu rekords tal-azzjonijiet meħuda, kif ukoll ta’ kwalunkwe diffikultà li jiltaqgħu magħha waqt il-proċess ta’ verifika; ◄
(c)
il-valutazzjoni u, kif xieraq, il-kisba ta' informazzjoni fuq l-għan u l-għan maħsub tar-relazzjoni ta' negozju;
(d)
it-twettiq ta' monitoraġġ kontinwa tar-relazzjoni ta' negozju inkluż skrutinju tat-transazzjonijiet matul il-kors ta' dik ir-relazzjoni sabiex ikun żgurat li t-transazzjonijiet li jkunu qegħdin jitwettqu jkunu konsistenti mal-għarfien tal-entità marbuta b'obbligu tal-klijent, in-negozju u l-profil tar-riskju, inkluż fejn ikun neċessarju tas-sors tal-fondi u jiġi żgurat li d-dokumenti, id-data jew l-informazzjoni miżmuma jinżammu dejjem aġġornati. Meta jwettqu l-miżuri msemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu, l-entitajiet marbutin b'obbligu għandhom jivverifikaw ukoll li kull persuna li tidher li taġixxi f'isem il-klijent tkun hekk awtorizzata u jidentifikaw u jivverifikaw l-identità ta' dik il-persuna. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|