Artikolu 17
►M2
Sas-26 ta’ Ġunju 2017, l-ASE għandhom joħorġu linji gwida, indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti u lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji, f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 dwar il-fatturi ta’ riskju li jridu jitqiesu u l-miżuri li għandhom jittieħdu f’sitwazzjonijiet li fihom ikunu adatti miżuri simplifikati ta’ diliġenza dovuta tal-klijenti. Mill-1 ta’ Jannar 2020, l-EBA għandha, fejn adatt, toħroġ tali linji gwida. ◄ Għandu jittieħed kont speċifiku tan-natura u d-daqs tan-negozju, u fejn ikun xieraq u proporzjonat, għandhom jiġu stabbiliti miżuri speċifiċi.