|
+Artikolu 19 |
Artikolu 19Artikolu 19 Fir-rigward ta’ relazzjonijiet korrispondenti transkonfinali li jinvolvu l-eżekuzzjoni ta’ pagamenti ma’ istituzzjoni rispondenti minn pajjiż terz, l-Istati Membri għandhom, minbarra l-miżuri ta’ diliġenza dovuta tal-klijenti stipulati fl-Artikolu 13, jirrikjedu, meta l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji tagħhom jidħlu f’relazzjoni ta’ negozju, li:
(a)
jiġbru informazzjoni biżżejjed dwar l-istituzzjoni rispondenti sabiex jifhmu b'mod sħiħ in-natura tan-negozju tar-rispondenti u sabiex jiddeterminaw ir-reputazzjoni tal-istituzzjoni u l-kwalità ta' superviżjoni minn informazzjoni pubblikament disponibbli;
(b)
jivvalutaw il-kontrolli tal-AML/CFT tal-istituzzjoni rispondenti;
(c)
jiksbu approvazzjoni mill-maniġment superjuri qabel ma jistabbilixxu relazzjonijiet korrispondenti ġodda;
(d)
jiddokumentaw ir-responsabbiltajiet rispettivi ta' kull istituzzjoni;
(e)
fir-rigward ta' pagamenti permezz ta' trasferimenti minn kontijiet, ikunu sodisfatti li l-istituzzjoni rispondenti tkun ivverifikat l-identità tal-klijenti u prattikat id-diliġenza dovuta kontinwata tal-klijenti li jkollhom aċċess dirett għall-kontijiet tal-istituzzjoni korrispondenti, u li tkun kapaċi tipprovdi data rilevanti għall-finijiet tad- ►C1 diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti ◄ fuq talba tal-istituzzjoni korrispondenti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|