Artikolu 54
L-informazzjoni u d-dokumenti riċevuti skont l-Artikoli 52 u 53 għandhom jintużaw għat-twettiq tal-kompiti tal-UIF kif stabbiliti f'din id-Direttiva. Meta tiskambja informazzjoni u dokumenti skont l-Artikoli 52 u 53, l-UIF li tkun qed tittrasmettihom tista' timponi restrizzjonijiet u kondizzjonijiet għall-użu ta' dik l-informazzjoni. L-UIF riċeventi għandha tikkonforma ma' dawk ir-restrizzjonijiet u l-kondizzjonijiet.
▼M1
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-UIF jinnominaw tal-anqas persuna waħda ta’ kuntatt jew punt li għandu jkun responsabbli biex jirċievi talbiet għal informazzjoni minn UIF fi Stati Membri oħra.
▼B