+Artikolu 60
---+Artikolu 60 1.
---+Artikolu 60 2.
---+Artikolu 60 3.
---+Artikolu 60 4.
---+Artikolu 60 5.
---+Artikolu 60 6.

Artikolu 60

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 60 1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li deċiżjoni li timponi sanzjoni jew miżura amministrattiva għal ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva li ma jistax isir appell kontriha għandha tiġi ppubblikata mill-awtoritajiet kompetenti fuq is-sit elettroniku uffiċjali tagħhom immedjatament wara li l-persuna sanzjonata tiġi mgħarrfa b'dik id-deċiżjoni. Il-pubblikazzjoni għandha tinkludi tal-inqas informazzjoni dwar it-tip u n-natura tal-ksur u l-identità tal-persuni responsabbli. L-Istati Membri ma għandhomx ikunu obbligati li japplikaw dan is-subparagrafu għal deċiżjonijiet li jimponu miżuri li huma ta' natura investigatorja.

Fejn il-pubblikazzjoni tal-identità tal-persuni responsabbli kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu jew id-data personali ta' tali persuni titqies mill-awtorità kompetenti li hi sproporzjonata wara valutazzjoni skont il-każ imwettqa fir-rigward tal-proporzjonalità tal-pubblikazzjoni ta' din id-data, jew meta l-pubblikazzjoni tipperikola l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji jew xi investigazzjoni kurrenti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom:

(a) 

idewmu l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni li tiġi imposta sanzjoni jew miżura sal-mument li fih ir-raġunijiet għan-nuqqas ta' pubblikazzjoni ma jibqgħux jeżistu;

(b) 

jippubblikaw id-deċiżjoni li tiġi imposta sanzjoni jew miżura amministrattiva fuq bażi anonima b'mod li jkun konformi mal-liġi nazzjonali, jekk din il-pubblikazzjoni anonima tiżgura l-protezzjoni effettiva tad-data personali kkonċernata; fil-każ ta' deċiżjoni li sanzjoni jew miżura amministrattiva tiġi ppubblikata fuq bażi anonima, il-pubblikazzjoni tad-data rilevanti tista' tiġi posposta għal perijodu ta' żmien raġonevoli jekk ikun previst li matul dak il-perijodu, ir-raġunijiet għall-pubblikazzjoni anonima ma jibqgħux jeżistu.

(c) 

ma jippubblikawx id-deċiżjoni li tiġi imposta sanzjoni jew miżura amministrattiva fil-każ li l-alternattivi stipulati f'(a) u (b) jitqiesu li mhumiex biżżejjed biex jiġi żgurat li:

(i) 

ma tiġix ipperikolata l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji; jew

(ii) 

tiġi osservata l-proporzjonalità tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni fir-rigward tal-miżuri meqjusa li huma ta' natura minuri.

Artikolu 60 2.
Meta l-Istati Membri jippermettu l-pubblikazzjoni ta' deċiżjonijiet li jista' jsir appell kontrihom, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ukoll jippubblikaw minnufih din l-informazzjoni u kwalunkwe informazzjoni sussegwenti dwar ir-riżultat ta' dan l-appell fuq is-sit elettroniku uffiċjali tagħhom. Barra minn hekk, għandha tiġi ppubblikata wkoll kwalunkwe deċiżjoni li tannulla deċiżjoni preċedenti biex tiġi imposta sanzjoni jew miżura amministrattiva.
Artikolu 60 3.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li kwalunkwe pubblikazzjoni f'konformità ma' dan l-Artikolu għandha tibqa' fuq is-sit elettroniku uffiċjali tagħhom għal perijodu ta' ħames snin wara l-pubblikazzjoni tagħha. Madankollu, id-data personali li tkun tinsab fil-pubblikazzjoni għandha tinżamm fuq is-sit elettroniku uffiċjali tal-awtorità kompetenti biss għall-perijodu li jkun meħtieġ f'konformità mar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data.
Artikolu 60 4.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jiddeterminaw it-tip u l-livell ta' sanzjonijiet jew miżuri amministrattivi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw iċ-ċirkostanzi rilevanti kollha, inkluż, fejn ikun applikabbli:

(a) 

il-gravità u t-tul ta' żmien tal-ksur;

(b) 

il-livell ta' responsabbiltà tal-persuna fiżika jew ġuridika miżmuma responsabbli;

(c) 

is-saħħa finanzjarja tal-persuna fiżika jew ġuridika li tinżamm responsabbli, kif indikat pereżempju mill-fatturat totali tal-persuna ġuridika li tinżamm responsabbli jew mid-dħul annwali tal-persuna fiżika li tinżamm responsabbli;

(d) 

il-benefiċċju li jirriżulta mill-ksur mill-persuna fiżika jew ġuridika li tinżamm responsabbli, dment li dan ikun jista' jiġi ddeterminat;

(e) 

it-telf għal partijiet terzi kkawżat mill-ksur, dment li dan ikun jista' jiġi ddeterminat;

(f) 

il-livell ta' kooperazzjoni tal-persuna fiżika jew ġuridika li tinżamm responsabbli mal-awtorità kompetenti;

(g) 

ksur preċedenti mill-persuna fiżika jew ġuridika li tinżamm responsabbli.

Artikolu 60 5.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni ġuridiċi jistgħu jinżammu responsabbli għall-ksur imsemmi fl-Artikolu 59(1) imwettqa għall-benefiċċju tagħhom minn kwalunkwe persuna, li taġixxi individwalment jew bħala parti minn organu ta' dik il-persuna ġuridika, u li jkollha pożizzjoni ta' tmexxija fi ħdan il-persuna ġuridika abbażi ta' kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a) 

is-setgħa li tirrappreżenta l-persuna ġuridika;

(b) 

awtorità li tieħu deċiżjonijiet f'isem il-persuna ġuridika; jew

(c) 

l-awtorità li teżerċita kontroll fil-persuna ġuridika.

Artikolu 60 6.
L-Istati Membri għandhom ukoll jiżguraw li l-persuni ġuridiċi jkunu jistgħu jinżammu responsabbli fejn in-nuqqas ta' superviżjoni jew ta' kontroll minn persuna msemmija fil-paragrafu 5 ta'dan l-Artikolu ippermetta t-twettiq tal-ksur imsemmi fl-Artikolu 59(1) għall-benefiċċju ta' dik il-persuna ġuridika minn persuna li taqa' taħt l-awtorità tagħha.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015L0849
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.