|
+Artikolu 67 1. |
Artikolu 67 1.L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sas-26 ta’ Ġunju 2017. L-Istati Membri għandhom japplikaw l-Artikolu 12(3) mill-10 ta’ Lulju 2020. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-reġistri msemmija fl-Artikolu 30 sal-10 ta’ Jannar 2020 u r-reġistri msemmija fl-Artikolu 31 sal-10 ta’ Marzu 2020 u l-mekkaniżmi awtomatizzati ċentralizzati msemmija fl-Artikolu 32a sal-10 ta’ Settembru 2020. Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-interkonnessjoni tar-reġistri msemmija fl-Artikoli 30 u 31, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, sal-10 ta’ Marzu 2021. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw minnufih it-test tal-miżuri msemmija f’dan il-paragrafu lill-Kummissjoni. Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din fil-mument tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi kif issir din ir-referenza għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|