+Artikolu 4 1

Artikolu 4 1

1.   Meta liġi ta' pajjiż terz tipprojbixxi jew tirrestrinġi l-kondiviżjoni jew l-ipproċessar tad-data tal-klijenti għal skopijiet li jiġu miġġielda l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu fil-grupp, l-istituzzjonijiet ta' kreditu u l-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom minn tal-inqas:

(a)

jinfurmaw lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju mingħajr dewmien bla bżonn u, fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 28 jum wara l-identifikazzjoni tal-pajjiż terz, b'dan li ġej:

(i)

isem il-pajjiż terz ikkonċernat;

(ii)

kif l-implimentazzjoni tal-liġi tal-pajjiż terz tipprojbixxi jew tirrestrinġi l-kondiviżjoni jew l-ipproċessar ta' data tal-klijenti għal skopijiet li jiġu miġġielda l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu;

(b)

jaċċertaw li l-fergħat jew is-sussidjarji b'maġġoranza tal-ishma tagħhom li jkunu stabbiliti fil-pajjiż terz jiddeterminaw jekk jistax jintuża l-kunsens tal-klijenti tagħhom, u meta applikabbli, tas-sidien benefiċjarji tal-klijenti tagħhom, sabiex jingħelbu b'mod legali r-restrizzjonijiet jew il-projbizzjonijiet imsemmija fil-punt (a)(ii);

(c)

jaċċertaw li l-fergħat jew is-sussidjarji b'maġġoranza tal-ishma tagħhom li jkunu stabbiliti fil-pajjiż terz jirrikjedu lill-klijenti tagħhom u, meta applikabbli, lis-sidien benefiċjarji tal-klijenti tagħhom, jipprovdu l-kunsens biex jegħlbu r-restrizzjonijiet jew il-projbizzjonijiet imsemmija fil-punt (a)(ii) sal-punt li dan ikun kompatibbli mal-liġi tal-pajjiż terz.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 14.05.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0758
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.