2. F'każijiet li fihom il-kunsens imsemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 1 ma jkunx fattibbli, l-istituzzjonijiet ta' kreditu u l-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jieħdu miżuri addizzjonali kif ukoll il-miżuri standard tagħhom kontra l-ħasil tal-flus u li jiġġieldu l-finanzjament tat-terroriżmu, biex iwettqu ġestjoni tar-riskju. Dawn il-miżuri addizzjonali għandhom jinkludu l-miżura addizzjonali stabbilita fil-punt (a) tal-Artikolu 8 jew il-miżura addizzjonali stabbilita fil-punt (c) ta' dak l-Artikolu. Meta r-riskju marbut mal-ħasil tal-flus u mal-finanzjament tat-terroriżmu jkun biżżejjed biex jirrikjedi miżuri addizzjonali, l-istituzzjonijiet finanzjarji u ta' kreditu għandhom japplikaw miżura addizzjonali waħda jew aktar mill-miżuri li jifdal stabbiliti fil-punti minn (a) sa (c) tal-Artikolu 8.