+Artikolu 4 In-nomina u s-setgħat tal-awtoritajiet kompetenti
---+Artikolu 4 1.
---+Artikolu 4 2.
---+Artikolu 4 3.
---+Artikolu 4 4.
---+Artikolu 4 5.
---+Artikolu 4 6.
---+Artikolu 4 7.
---+Artikolu 4 8.

Artikolu 4 In-nomina u s-setgħat tal-awtoritajiet kompetenti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 4 1.
L-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet kompetenti biex iwettqu l-funzjonijiet u d-dmirijiet previsti f’din id-Direttiva u fir-Regolament (UE) Nru 575/2013. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-ABE dwarhom, filwaqt li jindikaw kwalunkwe tqassim tal-funzjonijiet u tad-dmirijiet.
Artikolu 4 2.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jimmonitorjaw l-attivitajiet ta’ istituzzjonijiet, u meta applikabbli, ta' kumpaniji azzjonarji finanzjarji u ta' kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta, sabiex jivvalutaw il-konformità mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva u tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
Artikolu 4 3.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu stabbiliti miżuri adatti biex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jiksbu l-informazzjoni meħtieġa sabiex jivvalutaw il-konformità tal-istituzzjonijiet u, fejn applikabbli, ta' kumpanniji azzjonarji finanzjarji u ta' kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta, mar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 2 u biex jinvestigaw ksur possibbli ta' dawk ir-rekwiżiti.
Artikolu 4 4.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom l-għarfien espert, ir-riżorsi, il-kapaċità operazzjonali, is-setgħat u l-indipendenza neċessarja sabiex iwettqu funzjonijiet relatati mas-superviżjoni prudenzjali u investigazzjoni u s-setgħat neċessarji biex jimponu l-pagamenti perjodiċi ta’ penali u l-penali stabbiliti f’din id-Direttiva u fir-Regolament (UE) Nru 575/2013.
Artikolu 4 5.
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-istituzzjonijiet jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri domiċiljari tagħhom bl-informazzjoni kollha meħtieġa għall-valutazzjoni tal-konformità tagħhom mar-regoli adottati skont din id-Direttiva u r-Regolament (UE) Nru 575/2013. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-mekkaniżmi ta’ kontroll intern u l-proċeduri amministrattivi u kontabbilistiċi tal-istituzzjonijiet jippermettu l-verifika tal-konformità tagħhom ma' tali regoli f'kull waqt.
Artikolu 4 6.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet jirreġistraw it-transazzjonijiet tagħhom kollha u jiddokumentaw is-sistemi u l-proċessi, li jkunu soġġetti għal din id-Direttiva u r-Regolament (UE) Nru 575/2013 b'tali mod li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jikkontrollaw il-konformità ma’ din id-Direttiva u r-Regolament (UE) Nru 575/2013 f'kull waqt.
Artikolu 4 7.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-funzjonijiet ta' superviżjoni skont din id-Direttiva u r-Regolament (UE) Nru 575/2013 u kwalunkwe funzjoni oħra tal-awtoritajiet kompetenti jkunu separati u indipendenti mill-funzjonijiet relatati mar-riżoluzzjoni. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-ABE dwarhom, filwaqt li jindikaw kwalunkwe separazzjoni tad-dmirijiet.
Artikolu 4 8.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn awtoritajiet għajr l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa ta' riżoluzzjoni, dawk l-awtoritajiet l-oħra jikkooperaw mill-qrib u jikkonsultaw lill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tat-tħejjija ta' pjanijiet tar-riżoluzzjoni u f'kull waqt ieħor fejn tali kooperazzjoni u konsultazzjoni jkunu meħtieġa minn din id-Direttiva, mid-Direttiva 2014/59/UE jew mir-Regolament (UE) Nru 575/2013.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.