|
+Artikolu 6 Kooperazzjoni mas-Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji |
Artikolu 6 Kooperazzjoni mas-Sistema Ewropea tas-Superviżuri FinanzjarjiArtikolu 6 Kooperazzjoni mas-Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji Fl-eżerċizzju tad-dmirijiet tagħhom, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw il-konverġenza fir-rigward tal-għodod superviżorji u l-prattiki superviżorji fl-applikazzjoni tal-liġi, ir-regolamenti u r-rekwiżiti amministrattivi adottati skont din id-Direttiva u r-Regolament (UE) Nru 575/2013 Għal dak il-fini, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:
(a)
l-awtoritajiet kompetenti, bħala partijiet għas-Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji (SESF), jikkooperaw b'fiduċja u rispett reċiproku sħiħ, b'mod partikolari huma u jiżguraw iċ-ċirkolazzjoni ta' informazzjoni adatta u affidabbli bejniethom u partijiet oħrajn għas-SESF, f'konformità mal-prinċipju ta' kooperazzjoni stipulata fl-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea;
(b)
l-awtoritajiet kompetenti jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-ABE u, kif adatt, fil-kulleġġi tas-superviżuri;
(c)
l-awtoritajiet kompetenti jagħmlu kull sforz sabiex jikkonformaw ma’ dawk il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-ABE f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 u li jwieġbu għall-avviżi u r-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-BERS skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010;
(d)
l-awtoritajiet kompetenti jikkooperaw mill-qrib mal-BERS;
(e)
il-mandati nazzjonali kkonferiti lill-awtoritajiet kompetenti ma jimpedixxux it-twettiq ta' dmirijiethom bħala membri tal-ABE, fejn xieraq tal-BERS jew skont din id-Direttiva u skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|