+Artikolu 22 Notifika u valutazzjoni ta’ akkwiżizzjonijiet proposti
---+Artikolu 22 1.
---+Artikolu 22 2.
---+Artikolu 22 3.
---+Artikolu 22 4.
---+Artikolu 22 5.
---+Artikolu 22 6.
---+Artikolu 22 7.
---+Artikolu 22 8.
---+Artikolu 22 9.
|
Artikolu 22 Notifika u valutazzjoni ta’ akkwiżizzjonijiet proposti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 22 1.
|
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li kull persuna fiżika jew ġuridika jew tali persuni li jaġixxu b'mod konġunt (l-"akkwirent propost"), li ħadu deċiżjoni jew li jixtru, b’mod dirett jew indirett, parteċipazzjoni azzjonarja kwalifikanti f’istituzzjoni ta’ kreditu jew li jkomplu jżidu, b’mod dirett jew indirett, tali parteċipazzjoni azzjonarja kwalifikanti f’istituzzjoni ta’ kreditu li, bħala riżultat tagħha, il-proporzjon tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital miżmum jilħaq jew jaqbeż l-20 %, it-30 % jew il-50 % jew b’mod li l-istituzzjoni ta’ kreditu ssir sussidjarja tagħha (l-"akkwist propost"), l-ewwel jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-istituzzjoni ta’ kreditu li fiha jkunu qegħdin jippruvaw jakkwistaw jew iżidu l-parteċipazzjoni azzjonarja kwalifikanti bil-miktub qabel l-akkwist, filwaqt li jindikaw id-daqs tal-parteċipazzjoni azzjonarja maħsuba u l-informazzjoni rilevanti, kif speċifikata skont l-Artikolu 23(4). L-Istati Membri m'għandhomx ikunu meħtieġa li japplikaw il-livell limitu ta’ 30 % meta, f’konformità mal-Artikolu 9(3)(a) tad-Direttiva 2004/109/KE, huma japplikaw il-limitu ta’ terz.
|
|
Artikolu 22 2.
|
►M11
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrikonoxxu, bil-miktub, il-wasla tan-notifika skont il-paragrafu 1 jew ta’ informazzjoni addizzjonali skont il-paragrafu 3 minnufih u fi kwalunkwe każ fi żmien 10 ijiem ta’ xogħol wara li jirċievu n-notifika jew l-informazzjoni. ◄
L-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom mhux aktar minn 60 jum ta' ħidma mid-data tal-konferma tal-wasla bil-miktub tan-notifika u d-dokumenti kollha meħtieġa mill-Istat Membru li għandhom jinhemżu man-notifika fuq il-bażi tal-lista msemmija fl-Artikolu 23(4) (l-"perijodu ta' valutazzjoni"), sabiex iwettqu l-valutazzjoni prevista fl-Artikolu 23(1) (l-"valutazzjoni"). L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-akkwirent propost dwar id-data tal-iskadenza tal-perijodu ta' valutazzjoni fil-waqt tal-konferma tal-wasla.
|
|
Artikolu 22 3.
|
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, matul il-perijodu ta' valutazzjoni, jekk meħtieġ, u mhux aktar tard minn nhar il-50 jum ta' ħidma tal-perijodu ta' valutazzjoni, jitolbu informazzjoni ulterjuri li tkun meħtieġa biex tiġi kkompletata l-valutazzjoni. Din it-talba għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa. Għall-perijodu bejn id-data tat-talba għall-informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti u meta tasal it-tweġiba għaliha mill-akkwirent propost, il-perijodu ta’ valutazzjoni għandu jiġi sospiż. Is-sospensjoni m'għandhiex teċċedi 20 jum ta' ħidma. Kwalunkwe talba ulterjuri mill-awtoritajiet kompetenti għall-ikkompletar jew il-kjarifika tal-informazzjoni għandha tkun fid-diskrezzjoni tagħha iżda ma għandhiex tirriżulta f’sospensjoni tal-perijodu ta' valutazzjoni.
|
|
Artikolu 22 4.
|
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jestendu s-sospensjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3 sa 30 jum ta' ħidma jekk l-akkwirent propost ikun jinsab jew irregolat f'pajjiż terz jew huwa persuna fiżika jew ġuridika
►C2
mhux soġġetta għas-superviżjoni skont din id-Direttiva jew skont id-Direttiva 2009/65/KE, 2009/138/KE jew 2004/39/KE. ◄
|
|
Artikolu 22 5.
|
Jekk l-awtoritajiet kompetentijiddeċiedu li jopponu l-akkwist propost, huma għandhom, fi żmien jumejn ta' ħidma wara li titlesta l-valutazzjoni, u filwaqt li ma jaqbżux il-perijodu ta' valutazzjoni, jinfurmaw lill-akkwirent propost bil-miktub u jipprovdu r-raġunijiet. Bla preġudizzju għad-dritt nazzjonali, dikjarazzjoni xierqa tar-raġunijiet għad-deċiżjoni tista' titpoġġa għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fuq talba tal-akkwirent propost. Dan m'għandux jimpedixxi lil Stat Membru milli jippermetti lill-awtorità kompetenti li tippubblika tali informazzjoni jekk ma ssirx talba mill-akkwirent propost.
|
|
Artikolu 22 6.
|
Jekk l-awtoritajiet kompetenti ma jopponux bil-miktub għall-akkwist propost fi żmien il-perijodu ta’ valutazzjoni bil-miktub, dan għandu jitqies bħala approvat.
|
|
Artikolu 22 7.
|
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jistabbilixxu perijodu massimu għall-konklużjoni tal-akkwist propost u jestenduh fejn adatt.
|
|
Artikolu 22 8.
|
L-Istati Membri ma għandhomx jimponu rekwiżiti għan-notifika lill-awtoritajiet kompetenti, jew l-approvazzjoni tagħhom ta’ akkwisti diretti jew indiretti ta’ drittijiet ta’ vot jew kapital li jkunu aktar stetti minn dawk stabbiliti f’din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 22 9.
|
L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi implimentattivi sabiex tistabbilixxi proċeduri, formoli u mudelli komuni għall-proċess ta’ konsultazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti rilevanti kif imsemmi fl-Artikolu 24. L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2015. Tiġi kkonferita s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|