Artikolu 33
Istituzzjonijiet ta’ kreditu
L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-attivitajiet elenkati fl-Anness I jkunu jistgħu jitwettqu fit-territorji tagħhom, skont l-Artikolu 35, l-Artikolu 36(1), (2) u (3), l-Artikolu 39(1) u (2) u l-Artikoli 40 sa 46 jew bl-istabbiliment ta’ fergħa jew bil-forniment ta' servizzi, minn kwalunkwe istituzzjoni ta’ kreditu awtorizzata u ssorveljata mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ieħor, dment li dawk l-attivitajiet ikunu koperti bl-awtorizzazzjoni.