+Artikolu 34 Istituzzjonijiet finanzjarji
---+Artikolu 34 1.
---+Artikolu 34 2.
---+Artikolu 34 3.

Artikolu 34 Istituzzjonijiet finanzjarji

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 34 1.

L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-attivitajiet elenkati fl-Anness I jkunu jistgħu jitwettqu fit-territorji tagħhom, skont l-Artikolu 35, l-Artikolu 36(1), (2) u (3), l-Artikolu 39(1) u (2) u l-Artikoli 40 sa 46, jew bl-istabbiliment ta’ fergħa jew bil-forniment ta' servizzi, minn xi istituzzjoni finanzjarja minn Stat Membru ieħor, sew jekk sussidjarja ta’ istituzzjoni ta’ kreditu jew sussidjarja taħt sjieda konġunta ta’ żewġ istituzzjonijiet ta’ kreditu jew aktar, li l-Memorandum u l-Artikoli ta’ Assoċjazzjoni tagħhom jippermettu t-twettiq ta’ dawk l-attivitajiet u li jissodisfaw kull waħda minn dawn il-kondizzjonijiet:

(a) 

l-impriża jew impriżi prinċipali huma awtorizzati bħala istituzzjonijiet ta’ kreditu fl-Istat Membru li bid-dritt tiegħu tkun irregolata l-istituzzjoni finanzjarja;

(b) 

l-attivitajiet inkwistjoni fil-fatt jitwettqu fit-territorju tal-istess Stat Membru;

(c) 

l-impriża jew impriżi prinċipali għandhom 90 % jew aktar tad-drittijiet tal-vot marbuta mal-ishma fil-kapital tal-istituzzjoni finanzjarja;

(d) 

l-impriża jew impriżi prinċipali jissodisfaw lill-awtoritajiet kompetenti rigward il-ġestjoni prudenti tal-istituzzjoni finanzjarja u ikunu ddikjaraw, bil-kunsens tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari rilevanti, li huma in solidum u individwalment jiggarantixxu l-impenji li tkun ħadet l-istituzzjoni finanzjarja;

(e) 

l-istituzzjoni finanzjarja hija effettivament inkluża, b'mod partikolari għall-attivitajiet inkwistjoni, fis-superviżjoni kkonsolidata tal-impriża prinċipali, jew ta’ kull waħda mill-impriżi prinċipali, skont il-Kapitolu 3 tat-Titolu VII ta’ din id-Direttiva u il-Kapitolu 2 tat-Titolu II, Parti Wieħed, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, b'mod partikolari għall-finijiet tar-rekwiżiti tal-fondi proprji stipulati fl-Artikolu 92 ta’ dak ir-Regolament għal kontroll ta’ skoperturi kbar previsti fil-Parti Erbgħa ta’ dak ir-Regolament u għall-finijiet tal-limitazzjoni tal-parteċipazzjonijiet azzjonarji previsti fl-Artikoli 89 u 90 ta’ dak ir-Regolament.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandhom jikkontrollaw il-konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu u għandhom jipprovdu lill-istituzzjoni finanzjarja b’ċertifikat ta’ konformità li għandu jagħmel parti min-notifika msemmija fl-Artikoli 35 u 39.

Artikolu 34 2.
Jekk l-istituzzjoni finanzjarja msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ma tibqax tissodisfa xi waħda mill-kondizzjonijiet imposti, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandu jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti u l-attivitajiet imwettqa minn dik l-istituzzjoni finanzjarja fl-Istat Membru ospitanti għandhom isiru soġġetti għal-liġi tal-Istat Membru ospitanti.
Artikolu 34 3.
Għaldaqstant, il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw għal sussidjarji ta’ istituzzjoni finanzjarja kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.