+Artikolu 36 Bidu tal-attivitajiet
---+Artikolu 36 1.
---+Artikolu 36 2.
---+Artikolu 36 3.
---+Artikolu 36 4.
---+Artikolu 36 5.
---+Artikolu 36 6.
---+Artikolu 36 7.

Artikolu 36 Bidu tal-attivitajiet

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 36 1.
Qabel ma l-fergħa tal-istituzzjoni ta’ kreditu tibda bl-attivitajiet tagħha, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom, fi żmien xahrejn minn meta jirċievu l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 35, iħejju għas-superviżjoni tal-istituzzjoni ta’ kreditu skont il-Kapitolu 4 u jekk meħtieġ, jindikaw il-kondizzjonijiet li bihom, fl-interess tal-ġid komuni, dawk l-attivitajiet għandhom jitwettqu fl-Istat Membru ospitanti.
Artikolu 36 2.
Mal-wasla tal-komunikazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, jew fil-każ li jiskadi l-perijodu previst fil-paragrafu 1 meta ma tasal l-ebda komunikazzjoni minn dan tal-aħħar, il-fergħa tkun tista’ tiġi stabbilita u tkun tista’ tibda bl-attivitajiet tagħha.
Artikolu 36 3.
Fil-każ ta’ xi bidla fi kwalunkwe informazzjoni kkomunikata skont il-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 35(2), l-istituzzjoni ta’ kreditu għandha tavża bil-miktub dwar il-bidla kkonċernata lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari u dak ospitanti, mill-inqas xahar qabel ma ssir il-bidla sabiex l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari jkunu jistgħu jieħdu deċiżjoni dwar l-applikazzjoni biex tiġi stabbilita fergħa fi Stat Membru ieħor skont l-Artikolu 35 u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jieħdu deċiżjoni li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-bidla skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 36 4.
Għandu jkun preżunt li l-fergħat li jkunu bdew bl-attivitajiet tagħhom, skont id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fl-Istati Membri ospitanti tagħhom, qabel l-1 ta’ Jannar 1993, kienu soġġetti għall-proċedura stipulata fl-Artikolu 35 u fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu. Dawn għandhom ikunu rregolati, mill-1 ta’ Jannar 1993, mill-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu u mill-Artikoli 33 u 52 u mill-Kapitolu 4.
Artikolu 36 5.
L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-informazzjoni li għandha tiġi nnotifikata skont dan l-Artikolu.

Il-Kummissjoni tiġi ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 36 6.
L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi implimentattivi biex tistabbilixxi formoli, mudelli u proċeduri standard għal tali notifika.

Il-Kummissjoni tiġi kkonferita s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 36 7.
L-ABE għandha tippreżenta l-abbozz ta' standards tekniċi msemmija fil-paragrafi 5 u 6 lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.