+Artikolu 52 Kontroll u ispezzjoni fuq il-post ta’ fergħat stabbiliti fi Stat Membru ieħor
---+Artikolu 52 1.
---+Artikolu 52 2.
---+Artikolu 52 3.
---+Artikolu 52 4.

Artikolu 52 Kontroll u ispezzjoni fuq il-post ta’ fergħat stabbiliti fi Stat Membru ieħor

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 52 1.
L-Istati Membri ospitanti għandhom jipprovdu li, meta istituzzjoni awtorizzata fi Stat Membru ieħor twettaq l-attivitajiet tagħha permezz ta’ xi fergħa, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari jistgħu, wara li jkunu informaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, iwettqu huma stess jew permezz tal-medjazzjoni ta’ persuni li jinnominaw għal dak il-għan, kontrolli fuq il-post tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 50 u ispezzjoni ta' tali fergħat.
Artikolu 52 2.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari jistgħu wkoll, għall-finijiet tal-ispezzjoni tal-fergħat, jirrikorru għal xi waħda mill-proċeduri l-oħrajn stipulati fl-Artikolu 118.
Artikolu 52 3.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandu jkollhom is-setgħa li jwettqu, każ b’każ, kontrolli u ispezzjonijiet fuq il-post tal-attivitajiet imwettqa mill-fergħat tal-istituzzjonijiet fit-territorju tagħhom u jeħtieġu informazzjoni minn fergħa dwar l-attivitajiet tagħha u għal finijiet ta’ superviżjoni, fejn huma jqisu li jkunu rilevanti għal raġunijiet ta' stabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Istat Membru ospitanti. Qabel ma jsiru dawn il-kontrolli u ispezzjonijiet, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom jikkonsultaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari. Wara dawn il-kontrolli u ispezzjonijiet, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom jikkomunikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari l-informazzjoni miksuba u s-sejbiet li jkunu rilevanti għall-valutazzjoni tar-riskju tal-istituzzjoni jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Istat Membru ospitanti. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandhom jieħdu kont dovut ta' dik l-informazzjoni u dawk is-sejbiet fid-determinazzjoni tal-programm tal-eżami superviżorju tagħhom imsemmi fl-Artikolu 99, filwaqt li jikkunsidraw ukoll l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Istat Membru ospitanti.
Artikolu 52 4.
Il-kontrolli u l-ispezzjonijiet fuq il-post tal-fergħat għandhom jitwettqu f'konformità mal-liġi tal-Istat Membru fejn isiru l-kontroll jew l-ispezzjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.