|
+Artikolu 55 Ftehimiet ta’ kooperazzjoni |
Artikolu 55 Ftehimiet ta’ kooperazzjoniArtikolu 55 Ftehimiet ta’ kooperazzjoni L-Istati Membri u l-ABE, skont l-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, jistgħu jikkonkludu ftehimiet ta’ kooperazzjoni, li jipprevedu skambji ta’ informazzjoni, mal-awtoritajiet superviżorji ta’ pajjiżi terzi jew mal-awtoritajiet jew il-korpi ta’ pajjiżi terzi skont l-Artikolu 56 u l-Artikolu 57(1) ta’ din id-Direttiva biss jekk l-informazzjoni żvelata tkun soġġetta għal garanzija ta' konformità ma' rekwiżiti ta’ segretezza professjonali mill-inqas ekwivalenti għal dawk imsemmija fl-Artikolu 53(1) ta’ din id-Direttiva. Dan l-iskambju ta’ informazzjoni għandu jkun għall-finijiet tat-twettiq tal-kompiti ta' superviżjoni minn dawk l-awtoritajiet jew il-korpi. Meta l-informazzjoni toriġina fi Stat Membru ieħor, din għandhiex tiġi żvelata biss bil-qbil espress tal-awtoritajiet kompetenti li jkunu żvelawha u, fejn xieraq, biss għall-finijiet li għalihom dawk l-awtoritajiet ikunu qablu magħhom. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|