+Artikolu 59 Trasmissjoni ta’ informazzjoni lil entitajiet oħrajn
---+Artikolu 59 1.
---+Artikolu 59 2.
|
Artikolu 59 Trasmissjoni ta’ informazzjoni lil entitajiet oħrajn
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 59 1.
|
Minkejja l-Artikoli 53(1) u l-Artikolu 54, l-Istati Membri jistgħu, bis-saħħa tad-dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi nazzjonali, jawtorizzaw l-iżvelar ta’ ċerta informazzjoni lil dipartimenti oħra tal-amministrazzjonijiet tal-gvern ċentrali tagħhom li jkunu responsabbli għal-liġi dwar is-superviżjoni ta' istituzzjonijiet, istituzzjonijiet finanzjarji u impriżi tal-assigurazzjoni u lill-ispetturi li jaġixxu f’isem dawk id-dipartimenti. Madankollu, dan l-iżvelar jista' jsir biss meta jkun meħtieġ u għal raġunijiet ta’ superviżjoni prudenzjali u prevenzjoni u riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet li jkunu qegħdin ifallu. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, il-persuni li jkollhom aċċess għall-informazzjoni għandhom ikunu soġġetti għal rekwiżiti ta' segretezza professjonali tal-inqas ekwivalenti għal dawk imsemmija fl-Artikolu 53(1). F’sitwazzjoni ta’ emerġenza kif imsemmi fl-Artikolu 114(1), l-Istati Membri għandhom jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti li jiżvelaw informazzjoni li tkun rilevanti għad-dipartimenti msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu fl-Istati Membri kollha kkonċernati.
|
|
Artikolu 59 2.
|
L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-iżvelar ta’ ċerta informazzjoni relatata mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet lill-kumitati ta' inkjesta parlamentari fl-Istat Membru tagħhom, il-qrati tal-awdituri fl-Istat Membru tagħhom jew entitajiet oħrajn inkarigati mill-inkjesti fl-Istat Membru tagħhom, bil-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a)
li l-entitajiet ikollhom mandat preċiż iddefinit mil-liġi nazzjonali sabiex jinvestigaw jew jeżaminaw bir-reqqa l-azzjonijiet tal-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet jew għal-liġijiet dwar tali superviżjoni;
(b)
li l-informazzjoni tkun strettament meħtieġa biex jintlaħaq il-mandat imsemmi fil-punt (a);
(c)
li l-persuni b'aċċess għall-informazzjoni jkunu soġġetti għal rekwiżiti ta' segretezza professjonali skont il-liġi nazzjonali għall-inqas ekwivalenti għal dawk imsemmija fl-Artiklu 53(1);
(d)
li, fejn l-informazzjoni tkun toriġina fi Stat Membru ieħor, din ma tkunx żvelata mingħajr il-qbil espress tal-awtoritajiet kompetenti li jkunu żvelawha u biss għall-finijiet li dawk l-awtoritajiet ikunu qablu magħhom.
Sa fejn l-iżvelar tal-informazzjoni relatata mas-superviżjoni prudenzjali tkun tinvolvi l-ipproċessar tad-data personali, kwalunkwe proċessar mill-entitajiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jikkonformaw mal-liġijiet nazzjonali applikabbli li jittrasponu d-Direttiva 95/46/KE.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|