Artikolu 73
▼M11
L-istituzzjonijiet għandu jkollhom fis-seħħ strateġiji u proċessi sodi, effikaċi u komprensivi sabiex jivvalutaw u jżommu fuq bażi kontinwa l-ammonti, it-tipi u d-distribuzzjoni tal-kapital intern li huma jqisu bħala xieraq sabiex ikopru n-natura u l-livell tar-riskji li huma esposti għalihom jew li jistgħu jkunu esposti għalihom. L-istituzzjonijiet għandhom iqisu b’mod espliċitu t-terminu qasir, medju u fit-tul għall-kopertura tar-riskji tal-ESG.
▼B
Dawk l-istrateġiji u l-proċessi għandhom ikunu soġġetti għar-rieżami intern regolari biex ikun żgurat li jibqgħu komprensivi u proporzjonati għan-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tal-istituzzjoni kkonċernata.