+Artikolu 83 3.
|
Artikolu 83 3.
Il-kapital intern għandu jkun adegwat għar-riskji tas-suq materjali li ma jkunux soġġetti għal rekwiżit ta’ fondi proprji. L-istituzzjonijiet li huma u jikkalkolaw ir-rekwiżiti tal-fondi proprji għal riskju tal-pożizzjoni f'konformità mal-Parti Tlieta, it-Titolu IV, il-Kapitolu 2, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ikunu kkalkolaw il-valur nett tal-pożizzjonijiet tagħhom f’wieħed jew aktar mill-ekwitajiet li jikkostitwixxu indiċi tal-borża kontra pożizzjoni waħda jew aktar fil-futuri tal-indiċi tal-borża jew prodotti oħra tal-indiċi tal-borża, għandu jkollhom kapital intern adegwat biex ikopru r-riskju bażiku ta’ telf ikkawżat mill-valur tal-futures jew ta' prodotti oħra li ma jiċċaqalqux totalment skont dak tal-ekwitajiet kostitwenti tagħha. L-istituzzjonijiet għandhom ukoll ikollhom tali kapital intern adegwat fejn ikollhom pożizzjonijiet opposti fil-futures tal-indiċi tal-borża li ma jkunux identiċi jew fir-rigward tal-maturità tagħhom jew rigward il-kompożizzjoni tagħhom jew fir-rigward tat-tnejn. Fl-użu tat-trattament fl-Artikolu 345 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li jkollhom kapital intern suffiċjenti kontra r-riskju ta’ telf li jkun jeżisti bejn iż-żmien tal-impenn inizjali u l-ewwel jum ta' ħidma segwenti.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|