+Artikolu 84 Riskji ta' ċaqliq fir-rata tal-imgħax li jirriżultaw minn attivitajiet tal-portafoll mhux tan-negozjar
---+Artikolu 84 1.
---+Artikolu 84 2.
---+Artikolu 84 3.
---+Artikolu 84 4.
---+Artikolu 84 5.
---+Artikolu 84 6.

Artikolu 84 Riskji ta' ċaqliq fir-rata tal-imgħax li jirriżultaw minn attivitajiet tal-portafoll mhux tan-negozjar

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 84 1.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet jimplimentaw sistemi interni, jużaw il-metodoloġija standardizzata jew il-metodoloġija standardizzata simplifikata biex jidentifikaw, jevalwaw, jimmaniġġjaw u jimmitigaw ir-riskji li jirriżultaw minn bidliet potenzjali fir-rati tal-imgħax li jaffettwaw kemm il-valur ekonomiku tal-ekwità kif ukoll id-dħul mill-imgħax nett tal-attivitajiet tal-portafoll mhux tan-negozjar ta' istituzzjoni.
Artikolu 84 2.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet jimplimentaw sistemi sabiex jivvalutaw u jissorveljaw ir-riskji li jirriżultaw minn tibdiliet potenzjali fil-firxiet tal-kreditu li jaffettwaw kemm il-valur ekonomiku tal-ekwità kif ukoll id-dħul mill-imgħax nett tal-attivitajiet tal-portafoll mhux tan-negozjar ta' istituzzjoni.
Artikolu 84 3.
Awtorità kompetenti tista' tirrikjedi li istituzzjoni tuża l-metodoloġija standardizzata msemmija fil-paragrafu 1 fejn ma jkunux sodisfaċenti s-sistemi interni implimentati minn dik l-istituzzjoni għall-fini tal-evalwazzjoni tar-riskji msemmija f'dak il-paragrafu.
Artikolu 84 4.
Awtorità kompetenti tista' tirrikjedi li istituzzjoni żgħira u mhux kumplessa kif definita fil-punt (145) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tuża l-metodoloġija standardizzata fejn tqis li l-metodoloġija standardizzata simplifikata ma tkunx adegwata biex tkopri riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax li jirriżulta minn attivitajiet ta' portafoll bankarju ta' dik l-istituzzjoni.
Artikolu 84 5.
L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika, għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, metodoloġija standardizzata li l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw għall-fini tal-evalwazzjoni tar-riskji msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, inkluż metodoloġija standardizzata simplifikata għal istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi kif definiti fil-punt (145) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li tkun tal-anqas konservattiva daqs il-metodoloġija standardizzata.

L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Ġunju 2020.

Qiegħda tiġi ddelegata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tissupplimenta din id-Direttiva billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 84 6.

L-ABE għandha toħroġ linji gwida sabiex tispeċifika l-kriterji:

(a) 

għall-evalwazzjoni tar-riskji msemmija fil-paragrafu 1 mis-sistema interna ta' istituzzjoni;

(b) 

għall-identifikazzjoni, il-ġestjoni u l-mitigazzjoni tar-riskji msemmija fil-paragrafu 1 mill-istituzzjonijiet;

(c) 

għall-valutazzjoni u l-monitoraġġ tar-riskji msemmija fil-paragrafu 2 mill-istituzzjonijiet;

(d) 

għad-determinazzjoni ta' liema waħda mis-sistemi interni implimentati mill-istituzzjonijiet għall-finijiet tal-paragrafu 1 mhijiex sodisfaċenti kif imsemmi fil-paragrafu 3.

L-ABE għandha toħroġ dawk il-linji gwida sat-28 ta' Ġunju 2020.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.