+Artikolu 95 Kumitat għar-Rimunerazzjoni
---+Artikolu 95 1.
---+Artikolu 95 2.

Artikolu 95 Kumitat għar-Rimunerazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 95 1.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet li jkunu sinifikanti fid-daqs u l-organizzazzjoni interna tagħhom u n-natura, l-ambitu u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom jistabbilixxu kumitat għar-rimunerazzjoni. Il-kumitat għar-rimunerazzjoni għandu jkun ikkostitwit b’tali mod li jkun jista’ jeżerċita ġudizzju kompetenti u indipendenti dwar il-politiki u l-prattiki tar-rimunerazzjoni u l-inċentivi maħluqa għall-ġestjoni tar-riskji, il-kapital u l-likwidità.
Artikolu 95 2.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-kumitat għar-rimunerazzjoni jkun responsabbli għat-tħejjija ta’ deċiżjonijiet rigward ir-rimunerazzjoni, inklużi dawk li jkollhom implikazzjonijiet għar-riskji u l-ġestjoni tar-riskji tal-istituzzjoni kkonċernata u li jridu jittieħdu mill-korp ta' ġestjoni. Il-President u l-membri tal-kumitat għar-rimunerazzjoni għandhom ikunu membri tal-korp ta' ġestjoni li ma jwettqu l-ebda funzjoni eżekuttiva fl-istituzzjoni kkonċernata. Jekk il-liġi nazzjonali tipprevedi rappreżentanza tal-impjegati fil-korp ta' ġestjoni, il-kumitat għar-rimunerazzjoni għandu jinkludi rappreżentant wieħed jew aktar tal-impjegati. Meta jkun qed iħejji deċiżjonijiet bħal dawn, il-kumitat għar-rimunerazzjoni għandu jqis l-interessi fit-tul tal-azzjonisti, l-investituri u partijiet interessati oħra fl-istituzzjoni u l-interess pubbliku.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.