+Artikolu 107 Konsistenza tar-rieżamijiet superviżorji, l-evalwazzjonijiet u l-miżuri superviżorji
---+Artikolu 107 1.
---+Artikolu 107 2.
---+Artikolu 107 3.
|
Artikolu 107 Konsistenza tar-rieżamijiet superviżorji, l-evalwazzjonijiet u l-miżuri superviżorji
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 107 1.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-ABE dwar:
(a)
il-funzjonament tal-proċess tagħhom ta' rieżami u evalwazzjoni msemmi fl-Artikolu 97;
(b)
il-metodoloġija użata biex id-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikoli 98, 100, 101, 102, 104 u 105 dwar il-proċess imsemmi fil-punt (a).
L-ABE għandha tivvaluta l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet li tiżviluppa konsistenza fil-proċess ta' analiżi u evalwazzjoni superviżora. Hija tista' titlob informazzjoni addizzjonali mill-awtoritajiet kompetenti sabiex tlesti l-valutazzjoni tagħha, fuq bażi proporzjonata f'konformità mal-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
|
Artikolu 107 2.
|
L-ABE għandha tirrapporta annwalment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-livell ta’ konverġenza tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet f'dan il-Kapitolu bejn l-Istati Membri. Sabiex jiżdied il-livell ta’ tali konverġenza, l-ABE għandha twettaq analiżijiet bejn il-pari skont l-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
|
Artikolu 107 3.
|
L-ABE għandha toħroġ linji gwida indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 biex tkompli tispeċifika, b'mod li jkun adatt għad-daqs, l-istruttura u l-organizzazzjoni interna tal-istituzzjonijiet u n-natura, l-ambitu u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom, il-proċeduri u metodoloġiji komuni għar-rieżami superviżorju u l-proċess ta’ evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u l-Artikolu 97 u għall-valutazzjoni tal-organizzazzjoni u t-trattament tar-riskji msemmija fl-Artikoli 76 sa 87, b'mod partikolari relatati mar-riskju ta' konċentrazzjoni f'konformità mal-Artikolu 81.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|