Artikolu 126
Konformement mat-Taqsima IV tal-Kapitolu 1 ta' dan it-Titolu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jistgħu jiġu imposti penali amministrattivi jew miżuri amministrattivi oħra mmirati li jtemmu l-ksur osservat jew il-kawżi ta’ tali ksur fuq kumpanniji azzjonarji finanzjarji, kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta u kumpanniji azzjonarji b'attività mħallta, jew l-amministraturi effettivi tagħhom, li jiksru l-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi li jittrasponu dan il-Kapitolu.