+Artikolu 128 Definizzjonijiet

Artikolu 128 Definizzjonijiet

Artikolu 128

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

'riżerva ta' konservazzjoni ta' kapital' tfisser il-fondi proprji li istituzzjoni tkun meħtieġa żżomm f'konformità mal-Artikolu 129;

(2) 

'riżerva ta' kapital kontroċiklika speċifika għall-istituzzjoni' tfisser il-fondi proprji li l-istituzzjoni tkun meħtieġa żżomm f'konformità mal-Artikolu 130;

(3) 

'riżerva ta' G-SII' tfisser il-fondi proprji huma meħtieġa li jinżammu konformement mal-Artikolu 131(4);

(4) 

'riżerva ta' O-SII' tfisser il-fondi proprji li huma meħtieġa li jinżammu konformement mal-Artikolu 131(5);

(5) 

'riżerva għar-riskju sistemiku' tfisser il-fondi proprji li istituzzjoni tkun jew tista' tkun meħtieġa żżomm skont l-Artikolu 133;

(6) 

'rekwiżit ta' riżerva kombinata' tfisser il-kapital totali tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni meħtieġ biex jissodisfa r-rekwiżit għar-riżerva ta' konservazzjoni ta' kapital estiż b'dawn li ġejjin, skont il-każ:

(a) 

riżerva ta' kapital kontroċiklika speċifika għall-istituzzjoni;

(b) 

'riżerva ta' G-SII;

(c) 

riżerva ta' O-SII;

(d) 

riżerva għal riskju sistemiku;

(7) 

'rata tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika' tfisser ir-rata li l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw biex jikkalkolaw ir-riżervi ta' kapital kontroċikliċi speċifiċi għall-istituzzjoni tagħhom, u li tiġi stabbilita f'konformità mal-Artikolu 136, l-Artikolu 137 jew minn awtorità rilevanti ta’ pajjiż terz, skont il-każ;

(8) 

'istituzzjoni awtorizzata domestikament' tfisser istituzzjoni li tkun ġiet awtorizzata fl-Istat Membru, li għaliha awtorità nnominata partikolari tkun responsabbli għall-istabbiliment tar-rata ta' riżerva ta' kapital kontroċiklika;

(9) 

'gwida għar-riżerva' tfisser rata ta' riżerva li tkun punt ta' riferiment ikkalkulata skont l-Artikolu 135(1).

▼M5

L-istituzzjonijiet ma għandhomx jużaw il-kapital tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni li jinżamm sabiex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit ta' riżerva kombinata msemmi fil-punt (6) tal-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu, sabiex jiġi ssodisfat kwalunkwe wieħed mir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ir-rekwiżiti ta' fondi proprji addizzjonali impost skont l-Artikolu 104a ta' din id-Direttiva biex jindirizzaw riskji minbarra r-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiva, u l-gwida kkomunikata skont l-Artikolu 104b(3) ta' din id-Direttiva biex tindirizza riskji minbarra r-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiva.

L-istituzzjonijiet ma għandhomx jużaw il-kapital tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni li jinżamm sabiex jiġi ssodisfat wieħed mill-elementi tar-rekwiżit ta' riżerva kombinata tiegħu biex jissodisfaw l-elementi applikabbli l-oħra tar-rekwiżit tar-riżerva kombinata tiegħu.

L-istituzzjonijiet ma għandhomx jużaw il-kapital tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni li jinżamm sabiex jiġi sodisfatt ir-rekwiżit ta' riżerva kombinata msemmi fil-punt (6) tal-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu biex jissodisfaw il-komponenti bbażati fuq ir-riskju tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 92a u 92b tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fl-Artikoli 45c u 45d tad-Direttiva 2014/59/UE.

▼M6 —————

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.