|
+Artikolu 144 2. |
Artikolu 144 2.L-awtorità kompetenti ta' Stat Membru li teżerċita d-diskrezzjoni stabbilita fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandha tippubblika l-informazzjoni li ġejja:
(a)
il-kriterji li tapplika biex tiddetermina li ma jkun hemm l-ebda impediment materjali prattiku jew legali attwali jew previst għat-trasferiment bla dewmien tal-fondi proprji jew għall-ħlas mill-ġdid tal-obbligi;
(b)
l-għadd ta' istituzzjonijiet prinċipali li jibbenefikaw mill-eżerċizzju tad-diskrezzjoni stabbilit fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-għadd minn dawk li jinkorporaw sussidjarji f'pajjiż terz;
(c)
fuq bażi aggregata għall-Istat Membru:
(i)
il-persentaġġ tat-total tal-fondi proprji fuq il-bażi kkonsolidata tal-istituzzjonijiet prinċipali fi Stat Membru, li tibbenefika mill-eżerċizzju tad-diskrezzjoni stabbilita fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, irrappreżentat mill-fondi proprji li jkunu miżmuma f’sussidjarji f’pajjiż terz;
(ii)
il-persentaġġ tat-total tal-fondi proprji fuq il-bażi kkonsolidata tal-istituzzjonijiet prinċipali fi Stat Membru, li tibbenefika mill-eżerċizzju tad-diskrezzjoni stabbilita fl-Artikolu 7(3) ta’ dak ir-Regolament, irrappreżentat mill-fondi proprji li jkunu miżmuma f’sussidjarji f’pajjiż terz;
(iii)
il-persentaġġ tat-total tal-fondi proprji meħtieġa skont l-Artikolu 92 ta' dak ir-Regolament fuq il-bażi kkonsolidata tal-istituzzjonijiet prinċipali fi Stat Membru, li jibbenefikaw mill-eżerċizzju tad-diskrezzjoni stabbilita fl-Artikolu 7(3) ta' dak ir-Regolament irrappreżentat mill-fondi proprji li jkunu miżmuma f’sussidjarji f’pajjiż terz. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|