+Artikolu 144 3.

Artikolu 144 3.

L-awtorità kompetenti li teżerċita d-diskrezzjoni stabbilita fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandha tippubblika dan kollu li ġej:

(a) 

il-kriterji li tapplika biex tiddetermina li ma jkun hemm l-ebda impediment materjali prattiku jew legali attwali jew previst għat-trasferiment bla dewmien tal-fondi proprji jew għall-ħlas mill-ġdid tal-obbligi;

(b) 

l-għadd tal-istituzzjonijiet prinċipali li jibbenefikaw mill-eżerċizzju tad-diskrezzjoni stabbilita fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-għadd ta’ dawn l-istituzzjonijiet prinċipali li jinkorporaw sussidjarji f’pajjiż terz;

(c) 

fuq bażi aggregata għall-Istat Membru:

(i) 

l-ammont totali tal-fondi proprji tal-istituzzjonijiet prinċipali li jibbenefikaw mill-eżerċizzju tad-diskrezzjoni stabbilita fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li jkunu miżmuma f’pajjiż terz;

(ii) 

il-persentaġġ tat-total tal-fondi proprji tal-istituzzjonijiet prinċipali li jibbenefikaw mill-eżerċizzju tad-diskrezzjoni stabbilita fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 irrappreżentat mill-fondi proprji li jkunu miżmuma f’sussidjarji f’pajjiż terz;

(iii) 

il-persentaġġ tat-total tal-fondi proprji meħtieġa skont l-Artikolu 92 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-istituzzjonijiet prinċipali li jibbenefikaw mill-eżerċizzju tad-diskrezzjoni stabbilita fl-Artikolu 9(1) ta’ dak ir-Regolament irrappreżentat mill-fondi proprji li jkunu miżmuma f’sussidjarji f’pajjiż terz.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.