+Artikolu 158 Fergħat sinifikanti
---+Artikolu 158 1.
---+Artikolu 158 2.
---+Artikolu 158 3.
---+Artikolu 158 4.
---+Artikolu 158 ►C25.
---+Artikolu 158 6.
---+Artikolu 158 7.
|
Artikolu 158 Fergħat sinifikanti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 158 1.
|
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jistgħu jitolbu lis-superviżur konsolidanti fejn ikun applikabbli l-Artikolu 112(1) jew lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari, biex fergħa ta' istituzzjoni minbarra ditta tal-investiment soġġetta għall-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 titqies bħala sinifikanti.
|
|
Artikolu 158 2.
|
Dik it-talba għandha tipprovdi r-raġunijiet li għalihom il-fergħa għandha titqies sinifikanti b’attenzjoni partikolari għal dan li ġej:
(a)
jekk is-sehem tas-suq tal-fergħa f’termini ta’ depożiti jaqbiżx it-2 % fl-Istat Membru ospitanti;
(b)
l-impatt probabbli ta’ sospensjoni jew għeluq tal-attivitajiet tal-istituzzjoni fuq il-likwidità sistemika u fuq is-sistemi ta' pagament, kumpens u saldu fl-Istat Membru ospitanti;
(c)
id-daqs u l-importanza tal-fergħa f’termini tal-għadd ta’ klijenti fil-kuntest tas-sistema bankarja jew finanzjarja tal-Istat Membru ospitanti.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari u tal-Istat Membru ospitanti, u s-superviżur konsolidanti fejn ikun applikabbli l-Artikolu 112(1), għandhom jagħmlu dak kollu li jistgħu sabiex jilħqu deċiżjoni konġunta dwar in-nomina ta’ fergħa bħala sinifikanti. Jekk ma tittiħidx deċiżjoni konġunta fi żmien xahrejn minn meta tasal it-talba taħt l-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom jieħdu d-deċiżjoni tagħhom stess fi żmien perijodu ulterjuri ta’ xahrejn dwar jekk il-fergħa tkunx sinifikanti. Fit-teħid tad-deċiżjoni, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom jikkunsidraw kwalunkwe fehma u riżerva tas-superviżur konsolidanti jew tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari. Id-deċiżjonijiet imsemmija fit-tieni u fit-tielet subparagrafi mmotivata bis-sħiħ għandhom jiġu stipulati f’dokument, għandhom jiġu mibgħuta lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati, u għandu jkun rikonoxxut bħala determinanti u applikat mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati. In-nomina ta’ fergħa bħala sinifikanti m'għandhiex taffettwa d-drittijiet u r-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet kompetenti skont din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 158 3.
|
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandhom jikkomunikaw lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ospitanti fejn tkun stabbilita fergħa sinifikanti l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 117(1)(c) u (d) u jwettqu l-kompiti msemmija fl-Artikolu 112(1)(c) f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti.
|
|
Artikolu 158 4.
|
Jekk l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru domiċiljari ssir taf b’sitwazzjoni ta’ emerġenza kif imsemmi fl-Artikolu 114(1), din għandha twissi fl-iqsar żmien possibbli lill-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 58(4) u fl-Artikolu 59(1).
|
|
Artikolu 158 ►C25.
|
Meta l-Artikolu 116 ma jkunx japplika, l-awtoritajiet kompetenti li jissorveljaw istituzzjoni b’fergħat sinifikanti fi Stati Membri oħrajn għandhom jistabbilixxu u jippresjedu kulleġġ ta' superviżuri sabiex jiffaċilitaw l-ilħuq ta' deċiżjoni konġunta dwar in-nomina ta' fergħa bħala li hija sinifikanti skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u l-iskambju ta' informazzjoni skont l-Artikolu 50. ◄ L-istabbiliment u l-funzjonament tal-kulleġġ għandhom ikunu bbażati fuq arranġamenti bil-miktub iddeterminati, wara li jiġu kkonsultati l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati, mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandha tiddeċiedi dwar liema awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu sehem fil-laqgħat jew l-attivitajiet tal-kulleġġ.
|
|
Artikolu 158 6.
|
Id-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandha tikkunsidra r-rilevanza tal-attività superviżorja li għandha tkun ippjanata jew ikkoordinata għal dawk l-awtoritajiet, b’mod partikolari l-impatt potenzjali fuq l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Istati Membri kkonċernati msemmija fl-Artikolu 155(3) u l-obbligi msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 158 7.
|
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandha żżomm lill-membri kollha tal-kulleġġ informati bis-sħiħ, bil-quddiem, dwar l-organizzazzjoni ta’ tali laqgħat, il-kwistjonijiet ewlenin li jkunu ser jiġu diskussi u l-attivitajiet li jkunu ser jiġu kkunsidrati. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandha wkoll iżżomm lill-membri kollha tal-kulleġġ informati bis-sħiħ, mingħajr dewmien, dwar l-azzjonijiet meħuda f’dawk il-laqgħat jew il-miżuri mwettqa.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|