Artikolu 159a
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali bl-approvazzjoni ta' kumpanniji azzjonarji finanzjarji u ta' kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta
Kumpanniji azzjonarji finanzjarji omm u kumpanniji azzjonarji finanzjarji omm imħallta diġà eżistenti dakinhar fis-27 ta' Ġunju 2019 għandhom japplikaw għall-approvazzjoni f'konformità mal-Artikolu 21a sat-28 ta' Ġunju 2021. Jekk il-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta tonqos milli tapplika għall-approvazzjoni sat-28 ta' Ġunju 2021, għandhom jittieħdu l-miżuri adatti skont l-Artikolu 21a(6).
Matul il-perijodu tranżizzjonali msemmija fl-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom is-setgħat superviżorji kollha meħtieġa mogħtija lilhom minn din id-Direttiva fir-rigward ta' kumpanniji azzjonarji finanzjarji jew kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta soġġett għall-approvazzjoni f'konformità mal-Artikolu 21a għall-finijiet ta' superviżjoni kkonsolidata.