|
+Artikolu 2 1. |
Artikolu 2 1.Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva japplikaw id-definizzjonjiet li ġejjin:
(1)
“riżoluzzjoni” tfisser l-applikazzjoni ta’ għodda ta’ riżoluzzjoni jew għodda msemmija fl-Artikolu 37(9) sabiex jinkiseb wieħed mill-għanijiet ta’ riżoluzzjoni jew iktar imsemmija fl-Artikolu 31(2);
(2)
“istituzzjoni ta’ kreditu” tfisser istituzzjoni ta’ kreditu kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, bl-eċċezzjoni tal-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 2(5) tad-Direttiva 2013/36/UE;
(3)
“ditta tal-investiment” tfisser ditta tal-investiment kif definita fil-punt (22) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ) li tkun soġġetta għar-rekwiżit kapitali inizjali stipulat fl-Artikolu 9(1) tad-Direttiva (UE) 2019/2034.tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 );
(4)
“istituzzjoni finanzjarja” tfisser istituzzjoni finanzjarja kif definit fil-punt (26) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(5)
“sussidjarja” tfisser sussidjarja kif definita fil-punt (16) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, u għall-finijiet li jiġu applikati l-Artikoli 7, 12, 17, 18, 45 sa 45m, 59 sa 62, 91 u 92 ta' din id-Direttiva għal gruppi ta' riżoluzzjoni msemmija fil-punt (b) tal-punt (83b) ta' dan il-paragrafu, tinkludi, fejn u kif adatt, istituzzjonijiet ta' kreditu li huma affiljati b'mod permanenti ma' korp ċentrali, il-korp ċentrali nnifsu, u s-sussidjarji rispettivi tagħhom, b'kont meħud tal-mod kif tali gruppi ta' riżoluzzjoni jikkonformaw mal-Artikolu 45e(3) ta' din id-Direttiva;
(5a)
“sussidjarja materjali” tfisser sussidjarja materjali kif definita fil-punt (135) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(6)
“intrapriża prinċipali” tfisser intrapriża prinċipali kif definit fil-punt (15)(a) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(7)
“bażi kkonsolidata” tfisser il-bażi tas-sitwazzjoni kkonsolidata kif definit fil-punt (47) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(8)
“skema ta’ protezzjoni istituzzjonali” jew “IPS”, tfisser arranġament li jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 113(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(9)
“kumpanija holding finanzjarja” tfisser istituzzjoni finanzjarja kif definit fil-punt (20) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(10)
“kumpanija holding finanzjarja mħallta” tfisser kumpanija holding finanzjarja mħallta kif definit fil-punt (21) tal-Artikolu 4(1)tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(11)
“kumpanija holding finanzjarja b’attività mħallta” tfisser kumpanija holding finanzjarja b’attività mħallta kif definit fil-punt (22) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(12)
“kumpanija holding finanzjarja prinċipali fi Stat Membru” tfisser kumpanija holding finazjarja prinċipali fi Stat Membru kif definit fil-punt (30) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(13)
“kumpanija holding finanzjarja prinċipali tal-Unjoni” tfisser kumpanija holding finanzjarja prinċipali tal-Unjoni kif definita fil-punt (31) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(14)
“kumpanija holding finanzjarja mħallta prinċipali fi Stat Membru” tfisser kumpanija holding finanzjarja mħallta prinċipali fi Stat Membru kif definit fil-punt (32) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(15)
“kumpanija holding finanzjarja mħallta prinċipali tal-Unjoni” tfisser kumpanija holding finanzjarja mħallta prinċipali tal-Unjoni kif definita fil-punt (33) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(16)
“għanijiet ta’ riżoluzzjoni” tfisser l-għanijiet ta’ riżoluzzjoni speċifikati fl-Artikolu 31(2);
(17)
“fergħa” tfisser fergħa kif definit fil-punt (17) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(18)
“awtorità ta’ riżoluzzjoni” tfisser awtorità nnominata minn Stat Membru skont l-Artikolu 3;
(19)
“għodda ta’ riżoluzzjoni” tfisser l-għodda ta’ riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 37(3);
(20)
“setgħa ta’ riżoluzzjoni” tfisser setgħa imsemmija fl-Artikoli 63 sa 72;
(21)
“awtorità kompetenti” tfisser awtorità kompetenti kif definita fil-punt (40) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 inkluż il-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ kompiti speċifiċi konferiti lilu bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 ( 3 );
(22)
“ministeri kompetenti” tfisser ministeri tal-finanzi jew ministeri oħra tal-Istati Membri li huma responsabbli għal deċiżjonijiet ekonomiċi, finanzjarji u baġitarji fil-livell nazzjonali skont il-kompetenzi nazzjonali u li ġew innominati skont l-Artikolu 3(5);
(23)
“istituzzjoni” tfisser istituzzjoni ta’ kreditu jew ditta ta’ investiment;
(24)
“korp tal-maniġerjali” tfisser korp tal-maniġment kif definit fil-punt (7) tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2013/36/UE;
(25)
“maniġment superjuri” tfisser maniġment superjuri kif definit fil-punt (9) tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2013/36/UE;
(26)
“grupp” tfisser intrapriża prinċipali u s-sussidjarji tagħha;
(27)
“grupp transkonfinali” tfisser grupp li għandu entitajiet tal-grupp stabbiliti f’aktar minn Stat Membru wieħed;
(28)
“għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja” tfisser għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE, jew kwalunkwe għajnuna finanzjarja pubblika oħra fil-livell supranazzjonali, li jekk tiġi pprovduta fil-livell nazzjonali, tikkostitwixxi għajnuna Statali, li tiġi pprovduta sabiex tiġi ppreservata jew tinġieb lura l-vijabbiltà, il-likwidità jew is-solvenza ta’ istituzzjoni jew ta’ entita’8msemmiha fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) jew ta’ grupp li minnu tifforma parti tali istituzzjoni jew entità;
(29)
“għajnuna ta’ likwidità ta’ emerġenza” tfisser il-provvediment minn bank ċentrali ta’ flus tal-bank ċentrali, jew kwalunkwe għajnuna oħra li tista’ twassal għal żieda fil-flus tal-bank ċentrali, lil istituzzjoni finanzjarja solventi, jew grupp ta’ istituzzjonijiet finanzjarji solventi, li jkunu qed jaffaċċaw problemi ta’ likwidità temporanji, meta tali operazzjoni ma tkunx tifforma parti minn politika monetarja;
(30)
“kriżi sistemika” tfisser tħarbit fis-sistema finanzjarja bil-potenzjal ta’ konsegwenzi negattivi serji għas-suq intern u l-ekonomija reali. It-tipi kollha ta’ intermedjarji, swieq u infrastrutturi finanzjarji jistgħu jkunu potenzjalment xi ftit jew wisq sistemikament importanti.
(31)
“entità fi grupp” tfisser persuna ġuridika li hija parti minn grupp;
(32)
“pjan ta’ rkupru” tfisser pjan ta’ rkupru mfassal u mżimum minn istituzzjoni skont l-Artikolu 5;
(33)
“pjan ta’ rkupru tal-grupp” tfisser pjan ta’ rkupru tal-grupp imfassal u miżmum skont l-Artikolu 7;
(34)
“fergħa sinifikanti” tfisser fergħa li tkun ikkunsidrata bħala sinifikanti fi Stat Membru ospitanti skont l-Artikolu 51(1) tad-Direttiva 2013/36/UE;
(35)
“funzjonijiet kritiċi” tfisser attivitajiet, servizzi jew operazzjonijiet li t-twaqqif tagħhom fi Stat Membru wieħed jew aktar, iwassal għal tħarbit tas-servizzi li huma essenzjali għall-ekonomija reali jew għal tħarbit tal-istabilità finanzjarja minħabba d-daqs, is-sehem tas-suq, l-interkonnettività esterna u interna, il-kumplessità hew l-attivitajiet transkonfinali ta’ istituzzjoni jew grupp, fir-rigward, b’mod partikolari, tas-sostitwibbiltà ta’ dawk l-attivitajiet, servizzi jew operazzjonijiet;
(36)
“linji ta’ negozju ewlenin” tfisser linji ta’ negozju u servizzi assoċjati li jirrappreżentaw sorsi materjali ta’ dħul, profitt jew valur tal-franchise għal istituzzjoni jew għal grupp li tifforma parti minnu l-istituzzjoni;
(37)
“is-superviżur li jikkonsolida” tfisser is-superviżur li jikkonsolida kif definit fil-punt (41) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(38)
“fondi proprji” tfisser fondi proprji kif definit fil-punt (118) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(39)
“kondizzjonijiet għar-riżoluzzjoni” tfisser il-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 32(1);
(40)
“azzjoni ta’ riżoluzzjoni” tfisser id-deċiżjoni li istituzzjoni jew entità msemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) titpoġġa taħt riżoluzzjoni skont l-Artikolu 32 jew l-Artikolu 33, l-applikazzjoni ta’ għodda ta’ riżoluzzjoni, jew l-eżerċizzju ta’ setgħa waħda jew aktar ta’ riżoluzzjoni;
(41)
“pjan ta’ riżoluzzjoni” tfisser pjan ta’ riżoluzzjoni għal istituzzjoni mfassal skont l-Artikolu 10;
(42)
“riżoluzzjoni ta’ grupp” tfisser waħda jew l-oħra minn dawn li ġejjin:
(a)
it-teħid ta’ azzjoni ta’ riżoluzzjoni fil-livell ta’ intrapriża prinċipali jew ta’ istituzzjoni soġġetta għal superviżjoni konsolidata, jew
(b)
il-koordinazzjoni tal-applikazzjoni ta’ għodod ta’ riżoluzzjoni u l-eżerċizzju ta’ setgħat ta’ riżoluzzjoni minn awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni fir-rigward tal-entitajiet fi grupp li jissodisfaw il-kondizzjonijiet għar-riżoluzzjoni;
(43)
“pjan tar-riżoluzzjoni tal-grupp” tfisser pjan għar-riżoluzzjoni tal-grupp imfassal skont l-Artikoli 12 u 13;
(44)
“awtorità tar-riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp” tfisser l-awtorità ta’ riżoluzzjoni fl-Istat Membru fejn ikun jinsab is-superviżur li jikkonsolida;
(45)
“skema ta’ riżoluzzjoni ta’ grupp” tfisser pjan imfassal għall-fini ta’ riżoluzzjoni ta’ grupp skont l-Artikolu 91;
(46)
‘kulleġġ ta’ riżoluzzjoni’ tfisser kulleġġ stabbilit skont l-Artikolu 88 sabiex iwettaq il-kompiti msemmija fl-Artikolu 88(1);
(47)
“proċeduri normali ta’ insolvenza” tfisser il-proċeduri kollettivi ta’ insolvenza li jinvolvu divestiment parzjali jew totali ta’ debitur u l-ħatra ta’ likwidatur jew amministratur, normalment applikabbli għal istituzzjonijiet skont il-liġi nazzjonali u, jew speċifiċi għal dawk l-istituzzjonijiet jew ġeneralment applikabbli għal kwalunkwe persuna naturali jew ġuridika;
(48)
“strumenti ta’ dejn”:
(i)
għall-finijiet tal-punti (g) u (j) tal-Artikolu 63(1), tfisser bonds u forom oħra ta’ dejn trasferibbli, strumenti li joħolqu jew jirrikonoxxu dejn, u strumenti li jagħtu drittijiet għall-akkwist ta’ strumenti ta’ dejn; u
(ii)
għall-finijiet tal-Artikolu 108, tfisser bonds u forom oħra ta’ dejn trasferibbli u strumenti li joħolqu jew jirrikonoxxu dejn;
(49)
“istituzzjoni prinċipali fi Stat Membru” tfisser istituzzjoni prinċipali fi Stat Membru kif definit fil-punt (28) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(50)
“istituzzjoni prinċipali tal-Unjoni’ tfisser istituzzjoni prinċipali tal-Unjoni kif definita fil-punt (29) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(51)
“rekwiżiti ta’ fondi proprji” tfisser rekwiżiti kif stipulat fl-Artikoli 92 sa 98 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(52)
“kulleġġ ta’ superviżjoni” tfisser kulleġġ ta’ superviżuri stabbiliti skont l-Artikolu 116 tad-Direttiva 2013/36/UE;
(53)
“qafas ta’ għajnuna mill-Istat tal-Unjoni” tfisser il-qafas stabbilit mill-Artikoli 107, 108 u 109 TFUE u regolamenti u l-atti kollha tal-Unjoni, inklużi l-linji gwida, il-komunikazzjonijiet u l-avviżi, magħmula jew adottati skont l-Artikolu 108(4) jew l-Artikolu 109 TFUE;
(54)
“stralċ” tfisser ir-realizzazzjoni ta’ assi ta’ istituzzjoni jew entità msemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1);
(55)
“għodda ta’ separazzjoni tal-assi” tfisser il-mekkaniżmu biex jiġi effettwat trasferiment minn awtorità ta’ riżoluzzjoni ta’ assi, drittijiet jew obbligazzjonijet ta’ istituzzjoni taħt riżoluzzjoni lejn vettura tal-immaniġġjar tal-assi skont l-Artikolu 42;
(56)
“vettura tal-immaniġġjar tal-assi” tfisser persuna ġuridika li tissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 42(2);
(57)
“għodda ta’ rikapitalizzazzjoni interna” tfisser il-mekkaniżmu biex jiġi effettwat l-eżerċizzju minn awtorità tar-riżoluzzjoni skont l-Artikolu 37 tas-setgħat ta’ valwazzjoni negattiva u l-konverżjoni fir-rigward ta’ obbligazzjonijiet istituzzjoni taħt riżoluzzjoni skont l-Artikolu 43;
(58)
“għodda ta’ bejgħ ta’ negozju” tfisser il-mekkaniżmu biex jiġi effettwat it-trasferiment minn awtorità ta’ riżoluzzjoni ta’ strumenti ta’ sjieda maħruġa minn istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, jew assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet ta’ istituzzjoni taħt riżoluzzjoni lil akkwirent li mhuwiex istituzzjoni tranżitorja skont l-Artikolu 38;
(59)
“istituzzjoni tranżitorja” tfisser persuna ġuridika li tissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 40(2);
(60)
“għodda tal-istituzzjoni tranżitorja” tfisser il-mekkaniżmu għat-trasferiment ta’ strumenti oħra ta’ sjieda maħruġa minn istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jew tal-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet ta’ istituzzjoni taħt riżoluzzjoni lejn istituzzjoni tranżitorja skont l-Artikolu 40;
(61)
“strumenti ta’ sjieda” tfisser ishma, strumenti oħra li jagħtu s-sjieda, strumenti li jistgħu jiġu konvertiti jew jagħtu d-dritt li jiġu akkwistati ishma jew strumenti ta’ sjieda, u strumenti li jirrappreżentaw interessi f’ishma jew strumenti oħra ta’ sjieda;
(62)
“azzjonisti” tfisser detenturi ta’ strumenti ta’ sjieda;
(63)
“setgħat ta’ trasferiment” tfisser is-setgħat speċifikati fil-punti (c) jew (d) tal-Artikolu 63(1) li jiġu trasferiti strumenti ta’ sjieda, strumenti ta’ dejn, assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet, jew kwalunke kombinazzjoni ta’ dawn l-elementi minn istituzzjoni taħt riżoluzzjoni għal għand benefiċjarju;
(64)
“kontroparti ċentrali” tfisser CCP kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;
(65)
“derivattiv”, tfisser derivattiv kif definit fil-punt (5) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;
(66)
“setgħat ta’ valwazzjoni negattiva” tfisser is-setgħat imsemmija fl-Artikolu 59(2) u fil-punti (e) sa (i) tal-Artikolu 63(1);
(67)
“obbligazzjoni ggarantita” tfisser obbligazzjoni fejn id-dritt tal-kreditur għall-ħlas jew forma oħra ta’ prestazzjoni huwa ggarantit bi gravami, pleġġ jew rahan, jew arranġamenti kollaterali inklużi obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet ta’ riakkwist u arranġamenti kollaterali oħra ta’ trasferiment ta’ titlu;
(68)
“Strumenti tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni” tfisser strumenti kapitali li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 28(1) sa (4), fl-Artikolu 29(1) sa (5) jew fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(68a)
“kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni” tfisser kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni kif ikkalkulat f'konformità mal-Artikolu 50 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(69)
“Strumenti addizzjonali tal-Grad 1” tfisser strumenti kapitali li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 52(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(70)
“ammont aggregat” tfisser l-ammont aggregat li għalih l-awtorità ta’ riżoluzzjoni vvalutat li ►M3 l-obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna ◄ trid issirilhom valwazzjoni negattiva jew jiġu kkonvertiti, skont l-Artikolu 46(1);
(71)
“obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna” tfisser obbligazzjonijiet u strumenti kapitali li ma jikkwalifikawx bħala strumenti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni, jew bħala strumenti addizzjonali tal-Grad 1 jew tal-Grad 2 ta' istituzzjoni jew entità msemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) u li mhumiex esklużi mill-ambitu tal-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna skont l-Artikolu 44(2);
(71a)
“obbligazzjonijiet eliġibbli” tfisser obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna li jissodisfaw, kif applikabbli, il-kondizzjonijiet tal-Artikolu 45b jew tal-punt (a) tal-Artikolu 45f(2) ta' din id-Direttiva, u strumenti tal-Grad 2 li jissodisfaw il-kondizzjonijiet tal-punt (b) tal-Artikolu 72a(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(71b)
“strumenti eliġibbli subordinati” tfisser strumenti li jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha msemmija fl-Artikolu 72a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ħlief għall-paragrafi (3) sa (5) tal-Artikolu 72b ta' dak ir-Regolament;
(72)
“skema ta’ garanzija tad-depożiti” tfisser skema ta’ garanzija tad-depożiti introdotta u uffiċjalment rikonoxxuta minn Stat Membru skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2014/49/UE;
(73)
“Strumenti tal-Grad 2” tfisser strumenti kapitali jew dejn subordinat li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 63 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(74)
“strumenti kapitali rilevanti” għall-fini tat-Taqsima 5 tal-Kapitolu IV tat-Titolu IV u l-Kapitolu V tat-Titolu IV, tfisser strumenti tal-Grad 1 Addizzjonali u strumenti tal-Grad 2;
(75)
“rata ta’ konverżjoni” tfisser il-fattur li jiddetermina l-għadd ta’ strumenti oħra ta’ sjieda li fih obbligazzjoni ta’ klassi speċifika se tiġi kkonvertita, b’referenza jew għal strument uniku tal-klassi inkwistjoni jew għal unità speċifika tal-valur tal-pretensjoni ta’ debitu;
(76)
“kreditur affettwat” tfisser kreditur li l-pretensjoni tiegħu tirrelata ma’ obbligazzjoni li ġiet imnaqqsa jew ikkonvertita fi strumenti ta’ sjieda permezz tal-eżerċizzju tas-setgħa ta’ valwazzjoni negattiva jew ta’ konverżjoni skont l-użu tal-għodda ta’ rikapitalizzazzjoni interna;
(77)
“azzjonist affettwat” tfisser detentur ta’ strumenti ta’ sjieda li l-istrumenti ta’ sjieda tiegħu jiġu kkanċellati permezz tas-setgħa msemmija fil-punt (h) tal-Artikolu 63(1);
(78)
“awtorità xierqa” tfisser l-awtorità tal-Istat Membru, identifikata skont l-Artikolu 61 li hija responsabbli skont il-liġi nazzjonali ta’ dak l-Istat biex twettaq id-determinazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 59(3);
(79)
“istituzzjoni prinċipali rilevanti” tfisser istituzzjoni prinċipali fi Stat Membru, istituzzjoni prinċipali fl-Unjoni, kumpanija holding finanzjarja, kumpanija holding finanzjarja mħallta, kumpanija holding b’attività mħallta, kumpanija holding finanzjarja prinċipali fi Stat Membru, kumpanija holding finanzjarja prinċipali fl-Unjoni, kumpanija holding finanzjarja prinċipali mħallta fi Stat Membru, jew kumpanija holding finanzjarja prinċipali mħallta fl-Unjoni, li fir-rigward tagħha qed tiġi applikata l-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna;
(80)
“benefiċjarju” tfisser l-entità li lilha jiġu trasferiti strumenti ta’ sjieda, strumenti ta’ dejn, assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet, jew kwalunkwe kombinazzjoni ta’ dawk l-elementi minn istituzzjoni taħt riżoluzzjoni;
(81)
“jum ta’ negozju” tfisser jum ieħor għajr is-Sibt, il-Ħadd jew vaganza pubblika fl- Istat Membru kkonċernat;
(82)
“dritt tat-terminazzjoni” tfisser dritt li jiġi terminat kuntratt, dritt sabiex jaċċellera, jagħlaq, ipaċi jew iġib għall-valur nett obbligazzjonijiet jew kwalunkwe dispożizzjoni simili li tissospendi, timmodifika jew ittemm obbligu ta’ parti għall-kuntratt jew dispożizzjoni li timpedixxi li jirriżulta obbligu taħt il-kuntratt li f’sitwazzjonijiet oħra kien jirriżulta;
(83)
“istituzzjoni taħt riżoluzzjoni” tfisser istituzzjoni, istituzzjoni finanzjarja, kumpanija holding finanzjarja, kumpanija holding finanzjarja mħallta, kumpanija holding b’attività mħallta, kumpanija holding finanzjarja prinċipali fi Stat Membru, kumpanija holding finanzjarja prinċipali tal-Unjoni, kumpanija holding finanzjarja prinċipali mħallta fi Stat Membru, jew kumpanija holding finanzjarja prinċipali mħallta tal-Unjoni, li fir-rigward tagħha qed tittieħed azzjoni tar-riżoluzzjoni;
(83a)
“entità ta' riżoluzzjoni” tfisser:
(a)
persuna ġuridika stabbilita fl-Unjoni, li, skont l-Artikolu 12, tiġi identifikata mill-awtorità ta' riżoluzzjoni bħala entità li fir-rigward tagħha l-pjan ta' riżoluzzjoni jipprovdi għal i azzjoni ta' riżoluzzjoni; jew
(b)
istituzzjoni li mhijiex parti minn grupp li jkun soġġett għal superviżjoni konsolidata skont l-Artikoli 111 u 112 tad-Direttiva 2013/36/UE, li fir-rigward tagħha l-pjan ta' riżoluzzjoni mfassal skont l-Artikolu 10 ta' din id-Direttiva jipprevedi azzjoni ta' riżoluzzjoni;
(83aa)
“entità ta’ likwidazzjoni” tfisser persuna ġuridika stabbilita fl-Unjoni li fir-rigward tagħha l-pjan ta’ riżoluzzjoni tal-grupp jew, għal entitajiet li mhumiex parti minn grupp, il-pjan ta’ riżoluzzjoni, jipprevedi li l-entità għandha tiġi stralċjata skont proċedimenti ta’ insolvenza normali, jew entità, fi grupp ta’ riżoluzzjoni għajr entità ta’ riżoluzzjoni, li fir-rigward tagħha l-pjan ta’ riżoluzzjoni tal-grupp ma jipprevedix l-eżerċizzju tas-setgħat ta’ valwazzjoni negattiva u ta’ konverżjoni;
(83b)
“grupp ta' riżoluzzjoni” tfisser;
(a)
entità ta' riżoluzzjoni u s-sussidjarji tagħha li mhumiex:
(i)
entitajiet ta' riżoluzzjoni minnhom infushom;
(ii)
sussidjarji ta' entitajiet ta' riżoluzzjoni oħrajn; jew
(iii)
entitajiet stabbiliti f'pajjiż terz li mhumiex inklużi fil-grupp ta' riżoluzzjoni skont il-pjan ta' riżoluzzjoni u s-sussidjarji tagħhom; jew
(b)
istituzzjonijiet ta' kreditu li huma affiljati b'mod permanenti ma' korp ċentrali u l-korp ċentrali stess meta għall-inqas waħda minn dawk l-istituzzjonijiet ta' kreditu jew il-korp ċentrali jkunu entità ta' riżoluzzjoni, u s-sussidjarji rispettivi tagħhom;
(83c)
“istituzzjoni globali ta' importanza sistemika” jew “G-SII” tfisser G-SII kif definita fil-punt (133) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(84)
“sussidjarja fl-Unjoni” tfisser istituzzjoni li hija stabbilita fi Stat Membru u li tkun sussidjarja ta’ istituzzjoni minn pajjiż terz jew ta’ impriża prinċipali ta’ pajjiż terz,;
(85)
“impriża prinċipali tal-Unjoni” tfisser istituzzjoni prinċipali tal-Unjoni, kumpanija holding finanzjarja prinċipali tal-Unjoni jew kumpanija holding finanzjarja prinċipali mħallta tal-Unjoni;
(86)
“istituzzjoni ta’ pajjiż terz” tfisser entità, li l-uffiċċju prinċipali tagħha jkun stabbilit f’pajjiż terz, li, kieku kienet stabbilita fl-Unjoni, tkun koperta mid-definizzjoni ta’ istituzzjoni;
(87)
“impriża prinċipali ta’ pajjiż terz” tfisser impriża prinċipali, kumpanija holding finanzjarja prinċipali jew kumpanija holding finanzjarja prinċipali mħallta, stabbilita f’pajjiż terz;
(88)
“proċeduri ta’ riżoluzzjoni ta’ pajjiż terz” tfisser azzjoni skont il-liġi ta’ pajjiż terz biex jiġi mmaniġġjat il-falliment ta’ istituzzjoni ta’ pajjiż terz jew ta’ impriża prinċipali ta’ pajjiż terz li tkun komparabbli, f’termini ta’ objettivi u riżultati antiċipati, għal azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni skont din id-Direttiva;
(89)
“fergħa fl-Unjoni” tfisser fergħa ta’ istituzzjoni ta’ pajjiż terz li tkun tinsab fi Stat Membru;
(90)
“awtorità ta’ pajjiż terz rilevanti” tfisser awtorità ta’ pajjiż terz responsabbli biex twettaq funzjonijiet kumparabbli ma’ dawk tal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jew l-awtoritajiet kompetenti skont din id-Direttiva;
(91)
“arranġament ta’ finanzjament tal-gruppi” tfisser l-arranġament jew l-arranġamenti ta’ finanzjament tal-Istat Membru tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-gruppi;
(92)
“tranżazzjoni spalla ma’ spalla” tfisser tranżazzjoni li ssir bejn żewġ entitajiet fi grupp għall-fini tat-trasferiment, kollu jew parzjali, tar-riskju ġġenerat minn tranżazzjoni oħra li ssir bejn waħda minn dawk l-entitajiet fi grupp u parti terza;
(93)
“garanzija intragrupp” tfisser kuntratt li permezz tiegħu entità fi grupp tiggarantixxi l-obbligazzjonijiet ta’ entità oħra fil-grupp lil parti terza;
(94)
“depożiti koperti” tfisser depożiti koperti kif definit fil-punt (5) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/49/UE;
(95)
“depożiti eliġibbli” tfisser depożiti eliġibbli kif definit fil-punt (4) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/49/UE;
(96)
“bond kopert” tfisser bond kopert kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2019/2162 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ) jew, fir-rigward ta’ strument li nħareġ qabel it-8 ta’ Lulju 2022, bond kif imsemmi fl-Artikolu 52(4) tad-Direttiva (UE) 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ), kif applikabbli fid-data tal-ħruġ tiegħu;
(97)
“arranġament kollaterali finanzjarju dwar trasferiment ta’ titlu” tfisser arranġament kollaterali finanzjarju dwar trasferiment ta’ titlu kif definit fil-punt (b) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2002/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 );
(98)
“arranġament ta’ netting” tfisser arranġament li bis-saħħa tiegħu għadd ta’ pretensjonijiet jew obbligazzjonijiet jistgħu jiġu kkonvertiti fi pretensjoni unika netta, inklużi arranġamenti ta’ close-out netting li bis-saħħa tagħhom, meta jseħħ avveniment ta’ infurzar (definit bi kwalunkwe mod u hu fejn hu definit) l-obbligi tal-partijiet huma aċċellerati b’mod li jsiru dovuti immedjatament jew jiġu tterminati, u fiż-żewġ każijiet jiġu kkonvertiti fi, jew jiġu ssostitwiti bi, pretensjoni unika netta, inkulżi “dispożizzjonijiet dwar il-close-out netting” kif definit fil-punt (n)(i) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2002/47/KE u ‘netting’ kif definit fil-punt (k) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 98/26/KE;
(99)
“arranġement ta’ tpaċija” tfisser arranġament li taħtu żewġ pretensjonijiet jew obbligi jew aktar dovuti bejn l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni u kontroparti jistgħu jiġu paċuti kontra xulxin;
(100)
“kuntratti finanzjarji” tfisser il-kuntrattu u l-ftehimiet li ġejjin:
(a)
kuntratti ta’ titoli, inklużi:
(i)
kuntratti għax-xiri, il-bejgħ jew is-self ta’ titolu, grupp jew indiċi ta’ titoli;
(ii)
opzjonijiet fuq titolu jew grupp jew indiċi ta’ titoli,
(iii)
riakkwist jew tranżazzjonijiet ta’ riakkwist bir-rivers ta’ kwalunkwe tali titolu, grupp jew indiċi;
(b)
kuntratti ta’ komoditajiet, inklużi:
(i)
kuntratti għax-xiri, il-bejgħ jew is-self ta’ komodità jew grupp jew indiċi ta’ komoditajiet għal konsenja fil-futur;
(ii)
opzjonijiet fuq komodità jew grupp jew indiċi ta’ komoditajiet;
(iii)
riakkwist jew tranżazzjonijiet ta’ riakkwist bir-rivers ta’ kwalunkwe tali komodità, grupp jew indiċi;
(c)
futuri u kuntratti forward, inkluż kuntratti (minbarra kuntratti ta’ komoditajiet) għax-xiri, il-bejgħ jew it-trasferiment ta’ komodità jew proprjetà ta’ kwalunkwe deskrizzjoni, servizz, dritt jew interess ieħor għal prezz speċifiku f’data futura,
(d)
ftehimiet ta’ swaps, inklużi:
(i)
swaps u opzjonijiet marbutin mar-rati tal-imgħax; ftehimiet spot jew oħrajn dwar il-kambju; munita; indiċi tal-ekwità jew ekwità; indiċi tad-dejn jew dejn; indiċijiet tal-komoditajiet jew komoditajiet; it-temp; emissjonijiet jew inflazzjoni;
(ii)
redditu totali, spread tal-kreditu jew swaps tal-kreditu;
(iii)
kwalunkwe ftehim jew tranżazzjoni simili għal ftehim imsemmi fil-punti (i) jew (ii) soġġett ta’ negozju rikorrenti fi swaps jew swieq tad-derivattivi;
(e)
ftehimiet ta’ self bejn il-banek fejn it-terminu tas-self hu tliet xhur jew inqas;
(f)
ftehimiet qafas għal kwalunkwe kuntratt jew ftehim imsemmi fil-punti (a) sa (e);
(101)
“miżura għall-prevenzjoni ta’ kriżi” tfisser l-eżerċizzju ta’ setgħat biex it-tneħħija ta’ defiċjenzi jew impedimenti tiġi diretta lejn l-irkupru taħt l-Artikolu 6(6), l-eżerċizzju ta’ setgħat biex jiġu indirizzati jew imneħħija impedimenti għar-riżolvibbiltà skont l-Artikolu 17 jew 18, l-applikazzjoni ta’ miżura ta’ intervent bikri skont l-Artikolu 27, il-ħatra ta’ amministratur temporanju skont l-Artikolu 29 jew l-eżerċizzju tas-setgħat ta’ valwazzjoni negattiva jew konverżjoni skont l-Artikolu 59;
(102)
“miżura għall-ġestjoni ta’ kriżi” tfisser azzjoni ta’ riżoluzzjoni jew il-ħatra ta’ maniġer speċjali skont l-Artikolu 35 jew ta’ persuna skont l-Artikolu 51(2) jew skont l-Artikolu 72(1);
(103)
“kapaċità ta’ rkupru” tfisser il-kapaċità ta’ istituzzjoni li terġa’ ġġib il-pożizzjoni finanzjarja tagħha wara deterjorament sinifikanti;
(104)
“depożitur” tfisser depożitur kif definit fil-punt (6) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/49/UE;
(105)
“investitur” tfisser investitur fis-sens tal-punt (4) tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 97/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 );
(106)
“awtorità makroprudenzjali nazzjonali nnominata” tfisser l-awtorità inkarigata bit-tmexxija tal-politika makroprudenzjali msemmija fir-Rakkomandazzjoni B1 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tat-22 ta’ Diċembru 2011 dwar il-mandat makroprudenzjali tal-awtoritajiet nazzjonali (BERS/2011/3);
(107)
“impriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju” tfisser impriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju kif definit fir-rigward tal-kriterju tal-fatturat annwali msemmi fl-Artikolu 2(1) tal-Anness għar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE ( 8 );
(108)
“suq regolat” tfisser suq regolat kif definit fil-punt (21) tal-Artikolu 4(1) tad- tad-Direttiva 2014/65/UE;
(109)
“rekwiżit ta' riżerva kombinata” tfisser rekwiżit ta' riżerva kombinata kif definit fil-punt (6) tal-Artikolu 128 tad-Direttiva 2013/36/UE. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|