+Artikolu 5 Pjanijiet ta’ rkupru
---+Artikolu 5 1.
---+Artikolu 5 2.
---+Artikolu 5 3.
---+Artikolu 5 4.
---+Artikolu 5 5.
---+Artikolu 5 6.
---+Artikolu 5 7.
---+Artikolu 5 8.
---+Artikolu 5 9.
---+Artikolu 5 10.
|
Artikolu 5 Pjanijiet ta’ rkupru
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 5 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull istituzzjoni, li mhijiex parti minn grupp suġġett għal superviżjoni konsolidata skont l-Artikoli 111 u 112 tad-Direttiva 2013/36/UE, tfassal u żżomm aġġornat pjan ta’ rkupru li jipprevdi miżuri li għandhom jittieħdu mill-istituzzjoni biex terġa’ tinġieb lura l-qagħda finanzjarja tagħha wara deterjorazzjoni sinifikanti tal-qagħda finanzjarja tagħha. Il-pjanijiet ta’ rkupru għandhom jiġu kkunsidrati bħala arranġament ta’ governanza skont it-tifsira tal-Artikolu 74 tad-Direttiva 2013/36/UE.
|
|
Artikolu 5 2.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet jaġġornaw il-pjanijiet ta’ rkupru tagħhom tal-anqas darba fis-sena jew wara bidla fl-istruttura legali jew organizzattiva tal-istituzzjoni, in-negozju jew is-sitwazzjoni finanzjarja tagħha, li jista’ jkollha effett materjali fuq il-pjan ta’ rkupru jew teħtieġ bidla fih. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu lill-istituzzjonijiet jaġġornaw il-pjanijiet ta’ rkupru tagħhom aktar ta’ spiss.
|
|
Artikolu 5 3.
|
Il-pjanijiet ta’ rkupru m’għandhomx jassumu li ser ikollhom aċċess, jew li se jirċievu għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja.
|
|
Artikolu 5 4.
|
Il-pjanijiet ta’ rkupru għandhom jinkludu, fejn applikabbli, analiżi ta’ kif u meta istituzzjoni tista’ tapplika, fil-kondizzjonijiet indirizzati mill-pjan, għall-użu ta’ faċilitajiet tal-bank ċentrali u tidentifika dawk l-assi li jkunu mistennija jikkwalifikaw bħala kollateral.
|
|
Artikolu 5 5.
|
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pjanijiet ta’ rkupru jinkludu l-informazzjoni elenkata fit-Taqsima A tal-Anness. L-Istati Membri jistgħu jesiġu li l-informazzjoni addizzjonali tiġi inkluża fil-pjanijiet ta’ rkupru. Il-pjanijiet ta’ rkupru għandhom jinkludu wkoll miżuri possibbli li jistgħu jittieħdu mill-istituzzjoni fil-każ fejn jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet għal intervent bikri skont l-Artikolu 27.
|
|
Artikolu 5 6.
|
L-Istati Membri għandhom jitolbu li l-pjanijiet ta’ rkupru jinkludu kondizzjonijiet xierqa u proċeduri biex jiżguraw l-implimentazzjoni f’waqtha ta’ azzjonijiet ta’ rkupru kif ukoll firxa wiesgħa ta’ alternattivi ta’ rkupru. L-Istati Membri għandhom jitolbu li l-pjanijiet ta’ rkupru jikkunsidraw firxa ta’ xenarji ta’ stress finanzjarju u makroekonomiku qawwi rilevanti għall-kondizzjonijiet speċifiċi tal-istituzzjoni inklużi avvenimenti mifruxa mas-sistema kollha u stress speċifiku għal persuni ġuridiċi individwali u għal gruppi.
|
|
Artikolu 5 7.
|
L-ABE, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS), għandha, sat-3 ta’ Lulju 2015, tippubblika linji gwida skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 li jispeċifikaw ulterjorment il-firxa ta’ xenarji li għandhom jintużaw għall-finijiet tal-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 5 8.
|
L-Istati Membri jistgħu jistipulaw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa jitolbu lil istituzzjoni żżomm reġistri dettaljati tal-kuntratti finanzjarji li l-istituzzjoni kkonċernata tkun parti għalihom.
|
|
Artikolu 5 9.
|
Il-korp maniġerjali tal-istituzzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandu jivvaluta u japprova l-pjan ta’ rkupru qabel ma jissottmettih lill-awtorità kompetenti.
|
|
Artikolu 5 10.
|
L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw ulterjorment, mingħajr preġudizju għall-Artikolu 4, l-informazzjoni li trid tiġi inkluża fil-pjan ta’ rkupru msemmi fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu. L-ABE għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2015. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|