+Artikolu 20 Analiżi ta’ ftehim propost mill-awtoritajiet kompetenti u l-medjazzjoni
---+Artikolu 20 1.
---+Artikolu 20 2.
---+Artikolu 20 3.
---+Artikolu 20 4.
---+Artikolu 20 5.
---+Artikolu 20 6.
---+Artikolu 20 7.

Artikolu 20 Analiżi ta’ ftehim propost mill-awtoritajiet kompetenti u l-medjazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 20 1.
L-istituzzjoni prinċipali tal-Unjoni għandha tissottometti lis-superviżur tal-konsolidazzjoni applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ kwalunkwe ftehim propost ta’ għajnuna finanzjarja tal-grupp propost skont l-Artikolu 19. L-applikazzjoni għandha tinkludi t-test tal-ftehim propost u tidentifika l-entitajiet fi grupp li jkunu qed jipproponu li jkunu partijiet.
Artikolu 20 2.
Is-superviżur tal-konsolidazzjoni għandu jibgħat mingħajr dewmien l-applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti ta’ kull sussidjarja li tkun qed tipproponi li tkun parti fil-ftehim, bil-ħsieb li tintlaħaq deċiżjoni konġunta.
Artikolu 20 3.
Is-superviżur tal-konsolidazzjoni għandu, f’konformità mal-proċedura stabbilita fil-paragrafi 5 u 6 ta’ dan l-Artikolu, jagħti l-awtorizzazzjoni jekk it-termini tal-ftehim propost ikunu konsistenti mal-kondizzjonijiet għall-għajnuna finanzjarja stabbiliti fl-Artikolu 23.
Artikolu 20 4.
Is-superviżur tal-konsolidazzjoni jista’, f’konformità mal-proċedura stabbilita fil-paragrafi 5 u 6 ta’ dan l-Artikolu, jipprojbixxi l-konklużjoni tal-ftehim propost jekk dan jitqies li jkun inkonsistenti mal-kondizzjonijiet għall-għajnuna finanzjarja stabbiliti fl-Artikolu 23.
Artikolu 20 5.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu dak kollu li hu fis-setgħa tagħhom sabiex jieħdu deċiżjoni konġunta, li tqis l-impatt potenzjali, inkluża kwalunkwe konsegwenza finanzjarja, tal-eżekuzzjoni tal-ftehim fl-Istati Membri kollha fejn jopera l-grupp, dwar jekk it-termini tal-ftehim propost humiex konsistenti mal-kondizzjonijiet għal għajnuna finanzjarja stabbiliti fl-Artikolu 23 fi żmien erba’ xhur mid-data li jirċievu l-applikazzjoni mis-superviżur tal-konsolidazzjoni. Id-deċiżjoni konġunta għandha tiġi spjegata f’dokument li jinkludi d-deċiżjoni ġġustifikata bis-sħiħ, li għandu jiġi pprovdut lill-applikant mis-superviżur tal-konsolidazzjoni.

L-ABE tista’, fuq talba tal-awtorità kompetenti, tgħin lill-awtoritajiet kompetenti jilħqu ftehim skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 20 6.
Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni konġunta bejn l-awtoritajiet kompetenti fi żmien erba’ xhur, is-superviżur tal-konsolidazzjoni għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu stess dwar l-applikazzjoni. Id-deċiżjoni għandha tiġi spjegata f’dokument li jkun fih ġustifikazzjoni sħiħa u għandha tqis il-fehmiet u r-riżervi tal-awtoritajiet kompetenti l-oħra espressi matul il-perjodu ta’ erba’ xhur. Is-superviżur tal-konsolidazzjoni għandu jinnotifika d-deċiżjoni tiegħu lill-applikant u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra.
Artikolu 20 7.
Jekk, fit-tmien il-perjodu ta’ erba’ xhur, kwalunkwe mill-awtoritajiet kompetenti konċernati tkun irreferiet il-kwistjoni lill-ABE skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, is-superviżur tal-konsolidazzjoni għandu jiddifferixxi d-deċiżjoni tiegħu u jistenna kwalunkwe deċiżjoni li l-ABE tista’ tieħu skont l-Artikolu 19(3) ta’ dak ir-Regolament, u għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu skont id-deċiżjoni tal-ABE. Il-perjodu ta’ erba’ xhur għandu jitqies bħala l-perjodu ta’ konċiljazzjoni skont it-tifsira ta’ dak ir-Regolament. L-ABE għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar. Il-kwistjoni ma għandhiex tiġi referita lill-ABE wara tmiem il-perjodu ta’ erba’ xhur jew wara li tkun intlaħqet deċiżjoni konġunta.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.