+Artikolu 29 Amministratur temporanju
---+Artikolu 29 1.
---+Artikolu 29 2.
---+Artikolu 29 3.
---+Artikolu 29 4.
---+Artikolu 29 5.
---+Artikolu 29 6.
---+Artikolu 29 7.
---+Artikolu 29 8.
---+Artikolu 29 9.
---+Artikolu 29 10.

Artikolu 29 Amministratur temporanju

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 29 1.
Meta t-tibdil tal-maniġment superjuri jew tal-korp maniġerjali kif imsemmi fl-Artikolu 28 jitqies li mhuwiex biżżejjed skont l-awtorità kompetenti biex titranġa s-sitwazzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jaħtru amministratur temporanju wieħed jew aktar għall-istituzzjoni. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, abbażi ta’ x’inhu proporzjonat fiċ-ċirkostanzi, jaħtru kwalunkwe amministratur temporanju biex jissostitwixxi lill-korp ta’ mmaniġġar tal-istituzzjoni b’mod temporanju jew biex jaħdem temporanjament mal-korp ta’ mmaniġġar tal-istituzzjoni u l-awtorità kompetenti għandha tispeċifika d-deċiżjoni tagħha fil-mument tal-ħatra. Jekk l-awtorità kompetenti taħtar amministratur temporanju biex jaħdem mal-korp ta’ mmaniġġar tal-istituzzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tispeċifika ulterjorment fil-mument tal-ħatra r-rwol, id-dmirijiet u s-setgħat tal-amministratur temporanju u kwalunkwe rekwiżit għall-bord ta’ mmaniġġar tal-istituzzjoni li jikkonsulta mal-amministratur temporanju jew li jikseb il-kunsens tiegħu qabel ma jittieħdu deċiżjonijiet jew azzjonijiet speċifiċi. L-awtorità kompetenti għandha tintalab tippubblika l-ħatra ta’ kwalunkwe amministratur temporanju ħlief fejn l-amministratur temporanju m’għandux is-setgħa li jirrappreżenta lill-istituzzjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li kwalunkwe amministratur temporanju jkollu l-kwalifiki, l-abbiltà u l-għarfien meħtieġa sabiex iwettaq il-funzjonijiet tiegħu jew tagħha u li jkun liberu minn kwalunkwe kunflitt ta’ interess.
Artikolu 29 2.
L-awtorità kompetenti għandha tispeċifika s-setgħat tal-amministratur temporanju fil-mument tal-ħatra tal-amministratur temporanju abbażi ta’ x’ikun proporzjonat fiċ-ċirkostanzi. Tali setgħat jistgħu jinkludu wħud mis-setgħat jew is-setgħat kollha tal-bord ta’ mmaniġġar tal-istituzzjoni taħt l-istatuti tal-istituzzjoni u taħt id-dritt nazzjonali, inkluża s-setgħa li jeżerċita l-funzjonijiet amministrattivi kollha tal-bord ta’ mmaniġġar tal-istituzzjoni jew uħud minnhom. Is-setgħat tal-amministratur temporanju fir-rigward tal-istituzzjoni għandhom ikunu konformi mal-liġi applikabbli tal-kumpaniji.
Artikolu 29 3.
Ir-rwol u l-funzjonijiet tal-amministratur temporanju għandhom jiġu speċifikati mill-awtorità kompetenti fil-mument tal-ħatra u jistgħu jinkludu l-aċċertament tal-pożizzjoni finanzjarja tal-istituzzjoni, il-ġestjoni tan-negozju jew ta’ parti min-negozju tal-istituzzjoni bil-ħsieb li tinżamm jew li terġa’ tinġieb lura l-pożizzjoni finanzjarja tal-istituzzjoni u t-teħid ta’ miżuri biex jerġa’ jkun hemm ġestjoni solida u prudenti tan-negozju tal-istituzzjoni. L-awtorità kompetenti għandha tispeċifika kwalunkwe limiti fuq ir-rwol u l-funzjonijiet tal-amministratur temporanju fil-mument tal-ħatra.
Artikolu 29 4.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa esklużiva li jaħtru u jneħħu kwalunkwe amministratur temporanju. L-awtorità kompetenti tista’ tneħħi amministratur temporanju fi kwalunkwe ħin u għal kwalunkwe raġuni. L-awtorità kompetenti tista’ tvarja t-termini tal-ħatra ta’ amministratur temporanju fi kwalunkwe ħin suġġett għal dan l-Artikolu.
Artikolu 29 5.
L-awtorità kompetenti tista’ titlob li ċerti atti ta’ amministratur temporanju jkunu suġġetti għall-kunsens minn qabel tal-awtorità kompetenti. L-awtorità kompetenti għandha tispeċifika kwalunkwe rekwiżit ta’ dan it-tip fil-mument tal-ħatra ta’ amministratur temporanju jew meta ssir kwalunkwe varjazzjoni fit-termini tal-ħatra ta’ amministratur temporanju.

Fi kwalunkwe każ, l-amministratur temporanju jista’ jeżerċita s-setgħa li jsejjaħ laqgħa ġenerali tal-azzjonisti tal-istituzzjoni u li jistabbilixxi l-aġenda ta’ tali laqgħa biss bil-kunsens minn qabel tal-awtorità kompetenti.

Artikolu 29 6.
L-awtorità kompetenti tista’ titlob li amministratur temporanju jfassal rapporti dwar il-pożizzjoni finanzjarja tal-istituzzjoni u dwar l-atti mwettqa matul il-ħatra tiegħu, f’intervalli stabbiliti mill-awtorità kompetenti u fi tmiem il-mandat tiegħu jew tagħha.
Artikolu 29 7.
Il-ħatra ta’ amministratur temporanju m’għandhiex iddum aktar minn sena. Dak il-perjodu jista’ jiġġedded eċċezzjonalment jekk il-kondizzjonijiet għall-ħatra ta’ amministratur temporanju jibqgħu jiġu sodisfatti. L-awtorità kompetenti għandha tkun responsabbli sabiex tiddetermina jekk jeżistux il-kondizzjonijiet xierqa sabiex jinżamm amministratur temporanju u sabiex tiġġustifika kwalunkwe deċiżjoni bħal din lill-azzjonisti.
Artikolu 29 8.
Suġġett għal dan l-Artikolu, il-ħatra ta’ amministratur temporanju m’għandhiex tippreġudika d-drittijiet tal-azzjonisti skont il-liġi tal-kumpaniji tal-Unjoni jew dik nazzjonali.
Artikolu 29 9.
L-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-obbligazzjoni ta’ kwalunkwe amministratur temporanju skont id-dritt nazzjonali għal atti u ommissjonijiet fit-twettiq tar-responsabbiltajiet tiegħu jew tagħha bħala amministratur temporanju skont il-paragrafu 3.
Artikolu 29 10.
Amministratur temporanju maħtur skont dan l-Artikolu m’għandux jitqies bħala viċi direttur jew direttur de facto taħt id-dritt nazzjonali.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.