+Artikolu 32 Kondizzjonijiet għal riżoluzzjoni
---+Artikolu 32 1.
---+Artikolu 32 2.
---+Artikolu 32 3.
---+Artikolu 32 4.
---+Artikolu 32 5.
---+Artikolu 32 6.

Artikolu 32 Kondizzjonijiet għal riżoluzzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 32 1.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jieħdu azzjoni ta’ riżoluzzjoni fir-rigward ta’ istituzzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 1(1) biss jekk l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tqis li jintlaħqu l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

id-determinazzjoni li l-istituzzjoni qed tfalli jew probabbli tfalli tkun saret mill-awtorità kompetenti, wara konsultazzjoni mal-awtorità ta’ riżoluzzjoni jew, suġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2, mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni wara konsultazzjoni mal-awtorità kompetenti.

▼M3

(b) 

b'kunsiderazzjoni taż-żmien u ċirkostanzi rilevanti oħra, ma hemm l-ebda prospett raġonevoli li kwalunkwe miżura alternattiva mis-settur privat, inklużi miżuri minn IPS, jew azzjoni superviżorja, inklużi miżuri ta' intervent bikri jew ta' valwazzjoni negattiva jew konverżjoni ta' strumenti ta' kapital u obbligazzjonijiet eliġibbli rilevanti skont l-Artikolu 59(2) meħuda fir-rigward tal-istituzzjoni, tkun tipprevjeni l-falliment tal-istituzzjoni fi ħdan perijodu ta' żmien raġonevoli;

▼B

(c) 

azzjoni ta’ riżoluzzjoni hija meħtieġa fl-interess pubbliku skont il-paragrafu 5.

Artikolu 32 2.
L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li, minbarra l-awtorità kompetenti, id-determinazzjoni li l-istituzzjoni qed tfalli jew probabbli tfalli taħt il-punt (a) tal-paragrafu 1 tista’ ssir ukoll mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni, wara konsultazzjoni mal-awtorità kompetenti, fejn l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni taħt id-dritt nazzjonali għandhom l-għodod neċessarji sabiex jagħmlu tali determinazzjoni, b’mod partikolari aċċess adegwat għall-informazzjoni rilevanti. L-awtorità kompetenti għandha tipprovdi lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni bi kwalunkwe informazzjoni rilevanti li din tal-aħħar titlob bil-ħsieb li twettaq il-valutazzjoni tagħha mingħajr dewmien.
Artikolu 32 3.
L-adozzjoni preċedenti ta’ miżura ta’ intervent bikri skont l-Artikolu 27 mhijiex kondizzjoni biex tittieħed azzjoni ta’ riżoluzzjoni.
Artikolu 32 4.

Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 1, istituzzjoni għandha titqies li qed tfalli jew probabbilment ser tfalli f’waħda jew iżjed miċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a) 

l-istituzzjoni tikser jew hemm elementi oġġettivi li jsostnu d-determinazzjoni li dik l-istituzzjoni tikser, fil-futur qrib, ir-rekwiżiti għall-kontinwazzjoni tal-awtorizzazzjoni b’mod li jiġġustifika l-irtirar tal-awtorizzazzjoni mill-awtorità kompetenti inkluż iżda mhux limitat għar-raġuni li l-istituzzjoni tkun ġarrbet jew probabbli li ser iġġarrab telf li ser jnaqqas il-fondi proprji tagħha kollha jew ammont sinifikattiv minnhom;

(b) 

l-assi tal-istituzzjoni huma jew hemm elementi oġġettivi biex jappoġġjaw id-determinazzjoni li l-assi tal-istituzzjoni ser ikunu, fil-futur qarib, inqas mill-obbligazzjonijiet tagħha;

(c) 

l-istituzzjoni hija jew hemm elementi oġġettivi biex jappoġġjaw determinazzjoni li dik l-istituzzjoni tkun, fil-futur qrib, inkapaċi tħallas id-djun jew l-obbligazzjonijiet l-oħrajn tagħha hekk kif isiru dovuti;

(d) 

tiġi rikjesta għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja ħlief meta, biex jiġi evitat jew rimedjat disturb serju fl-ekonomija ta’ Stat Membru u tiġi ppreżervata l-istabbiltà finanzjarja, l-għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja tieħu kwalunkwe waħda mill-forom li ġejjin:

(i) 

garanzija tal-Istat biex issostni l-faċilitajiet tal-likwidità minn banek ċentrali skont il-kondizzjonijiet tal-banek ċentrali;

(ii) 

garanzija tal-Istat għal obbligazzjonijiet maħruġa ġodda; jew

(iii) 

injezzjoni ta’ fondi proprji jew ix-xiri ta’ strumenti kapitali bi prezz u fuq termini li ma jagħtux vantaġġ lill-istituzzjoni, fejn la ċ-ċirkostanzi msemmija fil-punt (a), (b) jew (c) ta’ dan il-paragrafu ta’ dan l-Artikolu u lanqas iċ-ċirkostanzi msemmija fl-Artikolu 59(3) ma jkunu preżenti fil-waqt li tingħata l-għajnuna pubblika.

F’kull wieħed mill-każijiet imsemmija fil-punt (d) (i), (ii) u (iii) tal-ewwel subparagrafu, il-miżuri ta’ garanzija jew miżuri ekwivalenti msemmija fihom għandhom ikunu limitati għal istituzzjonijiet solventi u għandhom ikunu bil-kondizzjonijiet tal-approvazzjoni finali taħt il-qafas tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat. Dawk il-miżuri għandhom ikunu ta’ natura ta’ prekawzjoni u temporanja u għandhom ikunu proporzjonati biex jirrimedjaw il-konsegwenzi ta’ disturb serju u m’għandhomx jintużaw biex jibbilanċaw telf li l-istituzzjoni ġarrbet jew li probabbilment ser iġġarrab fil-futur qarib.

Il-miżuri ta’ għajuna taħt il-punt (d)(iii) tal-ewwel subparagrafu għandhom ikunu limitati għal injezzjonijiet meħtieġa biex jinidirizzaw in-nuqqas ta’ kapital stabbilit fit-testijiet tal-istress fil-livell nazzjonali, tal-Unjoni jew tal-Istati Membri, ir-rieżamijiet tal-kwalità tal-assi jew l-eżerċizzji ekwivalenti imwettqa mill-Band Ċentrali Ewropew, l-ABE jew l-awtoritajiet nazzjonali, fejn applikabbli, ikkonfermati mill-awtorità kompetenti.

L-ABE għandha, sat-3 ta' Jannar 2015, tippubblika linji gwida, skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, dwar it-tip ta’ testijiet, rieżamijiet jew eżerċizzji msemmija qabel li jistgħu iwasslu għal tali għajuna.

Sal-31 ta’ Diċembru 2015, il-Kummissjoni għandha tagħmel rieżami dwar jekk hemmx ħtieġa kontinwa biex jiġu permessi l-miżuri ta’ għajnuna taħt il-punt (d)(iii) tal-ewwel subparagrafu u l-kondizzjonijiet li jeħtieġ li jiġu sodisfatti f’każ ta’ kontinwazzjoni u rapport dwar dan lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill. Jekk ikun xieraq, dawk ir-rapporti għandhom ikunu akkumpanjati minn proposta leġiżlattiva.

Artikolu 32 5.
Għall-finijiet tal-punt (c) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, azzjoni ta’ riżoluzzjoni għandha tiġi ttrattata bħala fl-interess pubbliku jekk tkun neċessarja għall-ksib ta’, u tkun proporzjonata għal, waħda jew aktar mill-għanijiet ta’ riżoluzzjoni msemmijin fl-Artikolu 31 u l-istralċ tal-istituzzjoni taħt proċeduri normali ta’ insolvenza ma jilħaqx dawk l-objettivi ta’ riżoluzzjoni sal-istess punt.
Artikolu 32 6.
L-ABE għandha, sat-3 ta' Lulju 2015, tippubblika linji gwida, skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 biex tippromwovi l-konverġenza ta’ prassi superviżorji u ta’ riżoluzzjoni fir-rigward tal-interpretazzjoni taċ-ċirkostanzi differenti meta istituzzjoni għandha titqies bħala li qed tfalli jew probabbilment ser tfalli.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.