+Artikolu 33 Kondizzjonijiet għal riżoluzzjoni fir-rigward ta’ istituzzjonijiet finanzjarji u kumpaniji b’parteċipazzjoni
---+Artikolu 33 1.
---+Artikolu 33 2.
---+Artikolu 33 3.
---+Artikolu 33 4.
|
Artikolu 33 Kondizzjonijiet għal riżoluzzjoni fir-rigward ta’ istituzzjonijiet finanzjarji u kumpaniji b’parteċipazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 33 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jistgħu jieħdu azzjoni ta’ riżoluzzjoni fir-rigward ta’ istituzzjoni finanzjarja msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 1(1), meta l-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 32(1), ikunu sodisfatti fir-rigward ta’ kemm l-istituzzjoni finanzjarja u fir-rigward tal-impriża prinċipali soġġetta għal superviżjoni kkonsolidata.
|
|
Artikolu 33 2.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jieħdu azzjoni ta' riżoluzzjoni fir-rigward ta' entità msemmija fil-punt (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1), meta dik l-entità tirrispetta l-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 32(1).
|
|
Artikolu 33 3.
|
Meta l-istituzzjonijiet sussidjarji ta' kumpanija azzjonarja ta' attività mħallta huma miżmuma direttament jew indirettament minn kumpanija azzjonarja finanzjarja intermedja, il-pjan ta' riżoluzzjoni għandu jipprovdi li l-kumpanija azzjonarja finanzjarja intermedja tkun identifikata bħala entità ta' riżoluzzjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jittieħdu azzjonijiet ta' riżoluzzjoni għall-finijiet ta' riżoluzzjoni tal-grupp fir-rigward tal-kumpanija azzjonarja finanzjarja intermedja. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ma jiħdux azzjonijiet ta' riżoluzzjoni għall-finijiet ta' riżoluzzjoni ta' grupp fir-rigward tal-kumpanija azzjonarja ta' attività mħallta.
|
|
Artikolu 33 4.
|
Soġġett għall-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu u minkejja l-fatt li entità msemmija fil-punt (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) ma tirrispettax il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 32(1), l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jistgħu jieħdu azzjoni ta' riżoluzzjoni fir-rigward ta' entità msemmija fil-punt (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) fejn il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin huma ssodisfati:
(a)
l-entità hija entità ta' riżoluzzjoni;
(b)
waħda jew aktar mis-sussidjarji tal-entità li huma istituzzjonijiet, iżda mhux entitajiet ta' riżoluzzjoni jikkonformaw mal-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 32(1);
(c)
l-assi u l-obbligazzjonijiet tas-sussidjarji msemmija fil-punt (b) huma tali li l-falliment ta' dawk is-sussidjarji jhedded il-grupp ta' riżoluzzjoni fl-intier tiegħu u azzjoni ta' riżoluzzjoni fir-rigward tal-entità hija neċessarja jew għar-riżoluzzjoni ta' tali sussidjarji li huma istituzzjonijiet inkella għar-riżoluzzjoni tal-grupp ta' riżoluzzjoni rilevanti bħala ħaġa waħda.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|