+Artikolu 37 Prinċipji ġenerali tal-għodod tar-riżoluzzjoni
---+Artikolu 37 1.
---+Artikolu 37 2.
---+Artikolu 37 3.
---+Artikolu 37 4.
---+Artikolu 37 5.
---+Artikolu 37 6.
---+Artikolu 37 7.
---+Artikolu 37 8.
---+Artikolu 37 9.
---+Artikolu 37 10.

Artikolu 37 Prinċipji ġenerali tal-għodod tar-riżoluzzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 37 1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jkollhom is-setgħat meħtieġa biex japplikaw l-istrumenti ta’ riżoluzzjoni għall-istituzzjonijiet u entitajiet msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) li tissodisfa l-kondizzjonijiet applikabbli għal riżoluzzjoni.
Artikolu 37 2.
Meta awtorità ta’ riżoluzzjoni tiddeċiedi li tapplika strument ta’ riżoluzzjoni għal istituzzjoni jew entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1), u dik l-azzjoni ta’ riżoluzzjoni twassal għal telf li jiġġarrab mill-kredituri jew għal konverżjoni tal-pretensjonijiet tagħhom, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha teżerċita s-setgħa ta’ deprezzament u konverżjoni ►M3  tal-strumenti ta’ kapitali u obbligazzjonijiet eliġibbli ◄ skont l-Artikolu 59 immedjatament qabel jew flimkien mal-applikazzjoni tal-għodda ta’ riżoluzzjoni.
Artikolu 37 3.

L-għodod tar-riżoluzzjoni msemmija fil-paragrafu 1 huma dawn li ġejjin:

(a) 

l-għodda tal-bejgħ ta’ operat;

(b) 

l-għodda ta’ istituzzjoni tranżitorja;

(c) 

l-għodda tas-separazzjoni tal-assi;

(d) 

l-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna.

Artikolu 37 4.
Soġġett għall-paragrafu 5, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jistgħu japplikaw l-għodod ta’ riżoluzzjoni individwalment jew fi kwalunkwe kombinazzjoni.
Artikolu 37 5.
L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jistgħu japplikaw l-għodda tas-separazzjoni tal-assi biss flimkien ma’ għodda oħra ta’ riżoluzzjoni.
Artikolu 37 6.
Meta biss l-għodod ta’ riżoluzzjoni msemmija fil-punt (a) jew (b) tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu jintużaw, u jintużaw biex tiġi ttrasferita parti biss mill-assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, tal-istituzzjoni jew entità residwa msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) minn fejn l-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet ġew ittrasferiti għandha tiġi stralċjata skont proċeduri normali ta’ insolvenza. Tali stralċ għandu jsir fi żmien raġonevoli, b’kont meħud tal-ħtieġa li dik l-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) tipprovdi servizzi jew appoġġ skont l-Artikolu 65 sabiex tippermetti lil benefiċjarju iwettaq l-attivitajiet jew is-servizzi akkwistati bis-saħħa ta’ dan it-trasferiment, u kwalunkwe raġuni oħra li l-kontinwazzjoni tal-istituzzjoni jew entità residwa msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) hija neċessarja biex jinkisbu l-objettivi tar-riżoluzzjoni jew u jkun hemm konformità mal-prinċipji msemmija fl-Artikolu 34.
Artikolu 37 7.

L-awtorità ta’ riżoluzzjoni u kwalunkwe arranġament finanzjarju li jaġixxi skont l-Artikolu 101 jistgħu jirkupraw kwalunkwe spiża raġonevoli korrettament imġarrba b’rabta mal-użu ta’ għodda jew setgħat ta’ riżoluzzjoni jew ta’ għodda ta’ stabilizzazzjoni finanzjarja tal-gvern f’mod wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a) 

bħala tnaqqis minn kwalunkwe korrispettiv imħallas minn benefiċjarju lill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jew, jekk ikun japplika l-każ, lill-azzjonisti;

(b) 

mill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, bħala kreditur preferut; jew

(c) 

minn kwalunkwe rikavat iġġenerat bħala riżultat tat-terminazzjoni ta’ operazzjoni tal-istituzzjoni transitorja jew il-vettura tal-immaniġġjar tal-assi, bħala kreditur preferit.

Artikolu 37 8.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-regoli taħt il-liġi nazzjonali tal-insolvenza marbuta mal-annullament jew in-noninfurzabbiltà ta’ atti legali ta’ detriment għall-kredituri ma japplikawx għal trasferimenti ta’ assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet minn istituzzjoni taħt riżoluzzjoni lil entità oħra bis-saħħa tal-applikazzjoni tal-għodod tar-riżoluzzjoni jew l-eżerċizzju tas-setgħat tar-riżoluzzjoni, jew l-użu ta’ għodda ta’ stabilizzazzjoni finanzjarja tal-gvern.
Artikolu 37 9.

L-Istati Membri jistgħu jikkonferixxu fuq l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għodod u setgħat addizzjonali eżerċitabbli fejn istituzzjoni jew entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) tissodisfa l-kondizzjonijiet għar-riżoluzzjoni, sakemm:

(a) 

meta jiġu applikati għal grupp transkonfinali, dawk is-setgħat addizzjonali ma jikkostitwux impedimenti għar-riżoluzzjoni effettiva tal-grupp; u

(b) 

huma konsistenti mal-għanijiet tar-riżoluzzjoni u l-prinċipji ġenerali li jirregolaw ir-riżoluzzjoni msemmija fl-Artikoli 31 u 34.

Artikolu 37 10.

Fis-sitwazzjoni straordinarja ħafna ta’ kriżi sistemika, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ titlob finanzjament minn sorsi alternattivi ta’ finanzjament permezz tal-użu ta’ għodod ta’ stabilizzazzjoni tal-gvern provvduti fl-Artikoli 56 sa 58 meta jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

kontribuzzjoni għall-assorbiment tat-telf u r-rikapitalizzazzjoni tkun ta’ ammont mhux inqas minn 8 % tat-total tal-obbligazzjonijiet inkluż il-fondi proprji tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, imkejlin fil-mument tal-azzjoni tar-riżoluzzjoni f’konformità mal-valwazzjoni prevista fl-Artikolu 36, tkun saret mill-azzjonisti u d-detenturi ta’ strumenti kapitali rilevanti u ►M3  obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna ◄ oħra, permezz ta’ valwazzjoni negattiva u konverżjoni jew mod ieħor;

(b) 

għandu jkun bil-kondizzjoni ta’ approvazzjoni preċedenti u finali taħt il-qafas tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.