+Artikolu 40 Għodda tal-istituzzjoni tranżitorja
---+Artikolu 40 1.
---+Artikolu 40 2.
---+Artikolu 40 3.
---+Artikolu 40 4.
---+Artikolu 40 5.
---+Artikolu 40 6.
---+Artikolu 40 7.
---+Artikolu 40 8.
---+Artikolu 40 9.
---+Artikolu 40 10.
---+Artikolu 40 11.
---+Artikolu 40 12.

Artikolu 40 Għodda tal-istituzzjoni tranżitorja

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 40 1.

Sabiex l-għodda tal-istituzzjoni transitorja tkun effettiva u b’kont meħud tal-ħtieġa li jinżammu l-funzjonijiet kritiċi fl-istituzzjoni transitorja, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jkollhom is-setgħa jittrasferixxu lill-istituzzjoni transitorja:

(a) 

strumenti ta’ sjieda maħruġa minn istituzzjoni jew istituzzjonijiet taħt riżoluzzjoni;

(b) 

l-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet kollha jew kwalunkwe wieħed minnhom ta’ istituzzjoni jew istituzzjonijiet taħt riżoluzzjoni.

Soġġett għall-Artikolu 85, it-trasferiment imsemmi fl-ewwel subparagrafu jista’ jsir mingħajr ma jinkiseb il-kunsens tal-azzjonisti tal-istituzzjonijiet taħt riżoluzzjoni jew kwalunkwe parti terza minbarra l-istituzzjoni transitorja, u mingħajr konformità ma’ kwalunkwe rekwiżit proċedurali taħt il-liġi tal-kumpaniji jew tat-titoli.

Artikolu 40 2.

L-istituzzjoni transitorja għandha tkun persuna ġuridika li tissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a) 

hija kompletament jew parzjalment proprjetà ta’ jew hija kontrollata minn awtorità pubblika jew aktar, li jistgħu jinkludu l-awtorità ta’ riżoluzzjoni jew l-arranġament tal-finanzjament tar-riżoluzzjoni u hija kkontrollata mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni;

(b) 

hija maħluqa għall-fini li tirċievi u żżomm strumenti ta’ sjieda kollha jew uħud minnhom maħruġin minn istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jew l-assi, id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet kollha jew uħud minnhom ta’ istituzzjoni waħda jew iżjed taħt riżoluzzjoni bil-ħsieb li jinżamm aċċess għall-funzjonijiet kritiċi u li tinbiegħ l-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1).

L-applikazzjoni tal-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna għall-għan imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 43(2) ma għandhiex tinterferixxi mal-kapaċità tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni li tikkontrolla l-istituzzjoni transitorja.

Artikolu 40 3.
Meta l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tapplika l-għodda tal-istituzzjoni transitorja, għandha tiżgura li l-valur totali tal-obbligazzjonijiet trasferiti lill-istituzzjoni transitorja ma jaqbiżx il-valur totali tad-drittijiet u l-assi trasferiti mill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jew ipprovduti minn sorsi oħra.
Artikolu 40 4.

Soġġett għall-Artikolu 37(7), kwalunkwe korrispettiv li jitħallas mill-istituzzjoni transitorja għandu jibbenefika:

(a) 

l-azzjonisti, fejn it-trasferiment lill-istituzzjoni transitorja jkun sar permezz tat-trasferiment ta’ strumenti tas-sjieda maħruġin mill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni mill-azzjonisti lill-istituzzjoni transitorja;

(b) 

lill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, fejn it-trasferiment lill-istituzzjoni transitorja jkun sar permezz tat-trasferiment tal-assi jew l-obbligazzjonijiet kollha, jew parti minnhom, tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni lill-istituzzjoni transitorja.

Artikolu 40 5.
Meta tapplika l-għodda tal-istituzzjoni transitorja l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ teżerċita s-setgħa tat-trasferiment aktar minn darba sabiex isiru trasferimenti supplementari ta’ strumenti ta’ sjieda maħruġin minn istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jew, skont kif ikun il-każ, assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni.
Artikolu 40 6.

Wara l-applikazzjoni tal-għodda tal-istituzzjoni transitorja, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’:

(a) 

tittrasferixxi drittijiet, assi jew obbligazzjonijiet mill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni lura għall-istituzzjoni transitorja, jew strumenti ta’ sjieda lura għas-sidien oriġinali tagħhom, u l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jew is-sidien oriġinali għandhom ikunu obbligati jieħdu lura dawn l-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet, jew strumenti oħra ta’ sjieda, sakemm il-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 7 jiġu ssodisfatti;

(b) 

tittrasferixxi strumenti ta’ sjieda, jew assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet mill-istituzzjoni transitorja lil parti terza.

Artikolu 40 7.

L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jistgħu jittrasferixxu strumenti ta’ sjieda, jew assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet lura mill-istituzzjoni transitorja f’waħda minn dawn iċ-ċirkostanzi:

(a) 

il-possibbiltà li strumenti ta’ sjieda, l-assi, id-drittijiet, jew l-obbligazzjonijiet speċifiċi jistgħu jiġu ttrasferiti lura huwa ddikjarat espressament fl-istrument li bih ikun sar it-trasferiment;

(b) 

l-istrumenti ta’ sjieda jew l-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet speċifiċi ma jkunux fil-fatt jaqgħu fi ħdan il-klassijiet, jew jissodisfaw il-kondizzjonijiet tat-trasferiment tal-istrumenti ta’ sjieda, jew l-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet speċifikati fl-istrument li bih ikun sar it-trasferiment.

Tali trasferiment lura jista’ jsir fi kwalunkwe żmien u għandu jikkonforma ma’ kwalunkwe kondizzjoni oħra ddikjarata f’dak l-istrument għall-iskop rilevanti.

Artikolu 40 8.
Trasferimenti bejn l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, jew l-azzjonisti min-naħa, u l-istituzzjoni transitorja min-naħa l-oħra għandhom ikunu soġġetti għas-salvagwardji msemmija fil-Kapitolu VII tat-Titolu IV.
Artikolu 40 9.
Għall-għanijiet tal-eżerċizzju tad-drittijiet li jiġu fornuti servizzi jew ta’ stabbiliment fi Stat Membru ieħor skont id-Direttiva 2013/36/UE jew id-Direttiva 2014/65/UE, istituzzjoni transitorja għandha titqies bħala kontinwazzjoni tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, u tista’ tkompli teżerċita kwalunkwe tali dritt li kien eżerċitat mill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni fir-rigward tal-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet ittrasferiti.

Għal finijiet oħra, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jistgħu jirrikjedu li istituzzjoni transitorja titqies bħala kontinwazzjoni tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni u jkunu jistgħu jkomplu jeżerċitaw kwalunkwe dritt li ġie eżerċitat mill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni fir-rigward tal-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet ittrasferiti.

Artikolu 40 10.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istituzzjoni transitorja tista’ tkompli teżerċita d-drittijiet ta’ sħubija u aċċess għal sistemi tal-pagament, l-ikklerjar u s-saldu, il-Boroż, skemi ta’ kumpens tal-investituri u skemi ta’ garanzija ta’ depożiti tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, sakemm tissodisfa l-kriterji ta’ sħubija u parteċipazzjoni f’tali sistemi.

Minkejja l-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a) 

l-aċċess ma jiġix miċħud għar-raġuni li l-istituzzjoni transitorja ma għandhiex klassifikazzjoni minn aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, jew dik il-klassifikazzjoni mhijiex proporzjonata mal-livelli ta’ klassifikazzjoni meħtieġa biex jingħata aċċess għas-sistemi msemmijin fl-ewwel subparagrafu;

(b) 

meta l-istituzzjoni transitorja ma tissodisfax il-kriterji ta’ appartenenza jew parteċipazzjoni għal sistema rilevanti ta’ pagament, ikklerjar jew saldu, Borża, skema ta’ kumpens għall-investituri jew skema ta’ garanzija tad-depożiti, id-drittijiet imsemmijin fl-ewwel subparagrafu jiġu eżerċitati għal perijodu ta’ żmien tali kif speċifikat mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni, fejn tali perijodu m’għandux jaqbeż l-24 xhar, rinovabbli fuq applikazzjoni mill-istituzzjoni transitorja lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni.

Artikolu 40 11.
Mingħajr preġudizzju għall-Kapitolu VII tat-Titolu IV, l-azzjonisti jew il-kredituri tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni u partijiet terzi oħra li l-assi, d-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet tagħhom ma jiġux ittrasferiti ma għandu jkollhom l-ebda dritt fuq jew fir-rigward tal-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet ittrasferiti lill-istituzzjoni transitorja, lill-korp maniġerjali tagħha jew lill-maniġment superjuri.
Artikolu 40 12.
L-objettivi tal-istituzzjoni transitorja m’għandhom jimplikaw la obbligi u lanqas responsabbiltajiet fil-konfront ta’ partijiet interessati jew kredituri tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, u l-korp maniġerjali jew maniġment superjuri m’għandhomx ikollhom responsabbiltà għal tali partijiet interessati jew kredituri għal atti u omissjonijiet fl-eżerċizzju tal-obbligi tagħhom sakemm l-att jew l-ommissjoni ma jkunux jimplikaw negliġenza kbira jew imġiba ħażina serja skont il-liġi nazzjonali li taffettwa direttament id-drittijiet ta’ tali partijiet interessati jew kredituri.

L-Istati Membri jistgħu ikomplu jillimitaw ir-responsabbiltà ta’ istituzzjoni transitorja u tal-korp maniġjerjali jew maniġment superjuri tagħha skont id-dritt nazzjonali rigward atti u ommissjonijiet fil-qadi ta’ dmirijiethom.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.