+Artikolu 41 Operat ta’ istituzzjoni transitorja
---+Artikolu 41 1.
---+Artikolu 41 2.
---+Artikolu 41 3.
---+Artikolu 41 4.
---+Artikolu 41 5.
---+Artikolu 41 6.
---+Artikolu 41 7.
---+Artikolu 41 8.
---+Artikolu 41 9.
|
Artikolu 41 Operat ta’ istituzzjoni transitorja
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 41 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operat ta’ istituzzjoni tranżitorja jirrispetta r-rekwiżiti li ġejjin:
(a)
il-kontenut tad-dokumenti kostituzzjonali tal-istituzzjoni transitorja huwa approvat mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni;
(b)
soġġett għall-istruttura ta’ sjieda tal-istituzzjoni transitorja, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni taħtar jew tapprova il-korp maniġerjali tal-istituzzjoni transitorja;
(c)
l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tapprova r-rinumerazzjoni tal-membri tal-korp maniġerjali u tiddetermina r-responsabbiltajiet adegwati tagħhom;
(d)
l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tapprova l-istrateġija u l-profil tar-riskju tal-istituzzjoni transitorja;
(e)
l-istituzzjoni tranżitorja tkun awtorizzata skont id-Direttiva 2013/36/UE jew id-Direttiva 2014/65/UE, kif applikabbli, u jkollha l-awtorizzazzjoni meħtieġa taħt il-liġi nazzjonali applikabbli biex twettaq l-attivitajiet jew is-servizzi li takkwista bis-saħħa ta’ trasferiment magħmul skont l-Artikolu 63 ta’ din id-Direttiva;
(f)
l-istituzzjoni transitorja tikkonforma mar-rekwiżiti ta’, u hija soġġetta għas-superviżjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE u d-Direttiva 2014/65/UE, kif applikabbli.
(g)
l-operazzjoni tal-istituzzjoni transitorja għandha tkun skont il-qafas tal-għajnuna mill-Istat tal-Unjoni u l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ tispeċifika restrizzjonijiet fuq l-operazzjonijiet tagħha b’dan il-mod.
Minkejja d-dispożizzjonijiet imsemmijin fil-punti (e) u (f) tal-ewwel subparagrafu u fejn meħtieġ biex jiġu sodisfati l-objettivi tar-riżoluzzjoni, l-istituzzjoni transitorja tista’ tiġi stabbilita u approvata mingħajr konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttivi 2013/36/UE jew id-Direttiva 2014/65/UE għal perijodu qasir ta’ żmien fil-bidu tal-operat tagħha. Għal dak il-għan, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tippreżenta talba f’dak is-sens lill-awtorità kompetenti. Jekk l-awtorità kompetenti tiddeċiedi li tagħti din l-awtorizzazzjoni, hija għandha tindika l-perijodu li matulu l-istituzzjoni transitorja tkun eżenti milli tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dawk id-Direttivi.
|
|
Artikolu 41 2.
|
Soġġett għal kwalunkwe restrizzjoni imposta skont ir-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni jew nazzjonali, il-maniġment tal-istituzzjoni transitorja għandha topera l-istituzzjoni transitorja bil-għan li żżomm l-aċċess għall-funzjonijiet kritiċi u li tbiegħ l-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1), l-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet tagħha, lil xerrej wieħed jew aktar tas-settur privat meta l-kondizzjonijiet jkunu xierqa u fil-perjodu speċifikat fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu jew, fejn applikabbli, fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 41 3.
|
L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tieħu deċiżjoni li istituzzjoni transitorja m’għadhiex istituzzjoni transitorja fis-sens tal-Artikolu 40(2) fi kwalunkwe mill-każijiet li ġejjin, liema minnhom jiġri l-ewwel:
(a)
l-istituzzjoni transitorja tiġi fuża ma’ entità oħra;
(b)
l-istituzzjoni transitorja ma tibqax tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 40(2);
(c)
il-bejgħ tal-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet kollha jew sostanzjalment kollha tal-istituzzjoni transitorja, lil parti terza;
(d)
l-iskadenza tal-perjodu speċifikat fil-paragrafu 5 jew, fejn applikabbli, il-paragrafu 6.
(e)
l-assi tal-istituzzjoni transitorja jiġu kompletament likwidati u l-obbligazzjonijiet tagħha jiġu kompletament ikklerjati.
|
|
Artikolu 41 4.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw, fil-każijiet fejn l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tfittex li tbiegħ l-istituzzjoni transitorja jew l-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet tagħha, li l-istituzzjoni transitorja jew l-assi jew l-obbligazzjonijiet rilevanti jiġu kkummerċjalizzati b’mod miftuħ u trasparenti, u li l-bejgħ ma jirrappreżentahomx b’mod ħażin materjalment jew jiffavorixxi b’mod mhux dovut jew jiddiskrimina bejn xerrejja potenzjali. Kwalunkwe tali bejgħ, għandu jsir fuq termini kummerċjali, b’kont meħud taċ-ċirkustanzi u skont il-qafas tal-għajnuna mill-Stat tal-Unjoni.
|
|
Artikolu 41 5.
|
Jekk ma japplika l-ebda riżultat imsemmi fil-punti (a), (b), (c) u (e) tal-paragrafu 3, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha ttemm l-operat tal-istituzzjoni transitorja kemm jista’ jkun malajr u fi kwalunkwe avveniment sentejn wara d-data li fiha jkun sar l-aħħar trasferiment minn istituzzjoni taħt riżoluzzjoni permezz tal-għodda tal-istituzzjoni transitorja.
|
|
Artikolu 41 6.
|
L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ testendi l-perijodu msemmi fil-paragrafu 5 għal perjodu addizzjonali ta’ sena wieħed jew iżjed fejn tali estensjoni:
(a)
tappoġġja r-riżultati msemmija fil-punti (a), (b), (c) jew (e) tal-paragrafu 3; jew
(b)
tkun meħtieġa biex tiżgura l-kontinwità ta’ servizzi finanzjarji jew bankarji essenzjali.
|
|
Artikolu 41 7.
|
Kwalunkwe deċiżjoni tal-awtorità ta’ riżioluzzjoni biex testendi l-perjodu msemmi fil-paragrafu 5 għandha tkun ġġustifikata u għandu jkun fiha valutazzjoni ddettaljata tas-sitwazzjoni, inkluż tal-kondizzjonijiet tas-suq u l-prospettiva, li tiġġustifika l-estensjoni.
|
|
Artikolu 41 8.
|
Fejn l-operazzjonijiet ta’ istituzzjoni transitorja jintemmu fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-punti (c) jew (d) tal-paragrafu 3, l-istituzzjoni transitorja għandha tkun stralċjata taħt proċeduri normali ta’ insolvenza. Soġġett għall-Artikolu 37(7), kwalunkwe rikavat iġġenerat bħala riżultat tat-terminazzjoni tal-operat tal-istituzzjoni transitorja għandu jibbenefika lill-azzjonisti tal-istituzzjoni transitorja.
|
|
Artikolu 41 9.
|
Fejn istituzzjoni transitorja tintuża sabiex jiġu ttrasferiti assi u obbligazzjonijiet ta’ iżjed minn istituzzjoni waħda taħt riżoluzzjoni, l-obbligu msemmi fil-paragrafu 8 għandu jirreferi għall-assi u l-obbligazzjonijiet ittrasferiti minn kull istituzzjoni taħt riżoluzzjoni u mhux għall-istituzzjoni transitorja nnfisha.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|