+Artikolu 42 Għodda tas-separazzjoni tal-assi
---+Artikolu 42 1.
---+Artikolu 42 2.
---+Artikolu 42 3.
---+Artikolu 42 4.
---+Artikolu 42 5.
---+Artikolu 42 6.
---+Artikolu 42 7.
---+Artikolu 42 8.
---+Artikolu 42 9.
---+Artikolu 42 10.
---+Artikolu 42 11.
---+Artikolu 42 12.
---+Artikolu 42 13.
---+Artikolu 42 14.
|
Artikolu 42 Għodda tas-separazzjoni tal-assi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 42 1.
|
Sabiex l-għodda tas-separazzjoni tal-assi tkun effettiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jkollhom is-setgħa jittrasferixxu assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet ta’ istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jew istituzzjoni transitorja għal vettura tal-immaniġġjar tal-assi waħda jew iżjed. Soġġett għall-Artikolu 85, it-trasferiment imsemmi fl-ewwel subparagrafu jista’ jsir mingħajr ma jinkiseb il-kunsens tal-azzjonisti tal-istituzzjonijiet taħt riżoluzzjoni jew kwalunkwe parti terza minbarra l-istituzzjoni transitorja, u mingħajr konformità ma’ kwalunkwe rekwiżit proċedurali taħt il-liġi tal-kumpaniji jew tat-titoli.
|
|
Artikolu 42 2.
|
Għall-finijiet tal-għodda tas-separazzjoni tal-assi, vettura tal-immaniġġjar tal-assi għandha tkun persuna ġuridika li tissodisfa l-kriterji kollha li ġejjin:
(a)
hija kompletament jew parzjalment proprjetà ta’ jew hija kontrollata minn awtorità pubblika jew aktar, li jistgħu jinkludu l-awtorità ta’ riżoluzzjoni jew l-arrangament tal-finanzjament tar-riżoluzzjoni u hija kkontrollata mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni;
(b)
tkun inħolqot biex tirċievi l-assi, id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet kollha jew xi wħud minnhom ta’ istituzzjoni jew istituzzjonijiet taħt riżoluzzjoni jew istituzzjoni tranżitorja.
|
|
Artikolu 42 3.
|
Il-vettura tal-immaniġġjar tal-assi għandha timmaniġġja l-assi ttrasferiti fiha bil-għan li timmassimizza il-valur tagħhom permezz ta’ bejgħ eventwali jew likwidazzjoni b’mod ordnat.
|
|
Artikolu 42 4.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operat ta’ vettura tal-immaniġġjar tal-assi jirrispetta d-dispożizzjonijiet li ġejjin:
(a)
il-kontenut tad-dokumenti kostituzzjonali tal-vettura tal-immaniġġjar tal-assi huwa approvat mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni;
(b)
soġġett għall-istruttura ta’ sjieda tal-vettura tal-immaniġġjar tal-assi, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni taħtar jew tapprova l-korp maniġerjali tal-vettura,
(c)
l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tapprova r-rinumerazzjoni tal-membri tal-korp maniġerjali u tiddetermina r-responsabbiltajiet adegwati tagħhom;
(d)
l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tapprova l-istrateġija u l-profil tar-riskju tal-vettura tal-immaniġġjar tal-assi.
|
|
Artikolu 42 5.
|
L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jistgħu jeżerċitaw is-setgħa speċifikata fil-paragrafu 1 li jittrasferixxu assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet biss jekk:
(a)
is-sitwazzjoni tas-suq partikolari għal dawk l-assi tkun ta’ tali natura li l-likwidazzjoni ta’ dawk l-assi taħt proċeduri normali ta’ insolvenza jista’ jkollha effett ħażin fuq is-suq finanzjarju wieħed jew iżjed.
(b)
trasferiment bħal dan huwa meħtieġ biex jiżgura il-funzjonament tajjeb tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jew istituzzjoni transitorja; jew
(c)
trasferiment bħal dan huwa meħtieġ biex jimmassimizza ir-rikavati mill-likwidazzjoni.
|
|
Artikolu 42 6.
|
Meta japplikaw l-għodda tas-separazzjoni tal-assi, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jiddeterminaw l-korrispettiv li għalih l-assi, id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet huma ttrasferiti fil-vettura tal-immaniġġjar tal-assi skont il-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 36 u skont il-qafas għall-għajnuna mill-Stat tal-Unjoni. Dan il-paragrafu ma jimpedixxix li l-korrispettiv ikollu valur nominali jew negattiv.
|
|
Artikolu 42 7.
|
Soġġett għall-Artikolu 37(7), kull korrispettiv imħallas mill-vetturi tal-immaniġġjar tal-assi fir-rigward tal-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet akkwistati direttament mill-istituzzjoni għandu jibbenefika lill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni. Il-korrispettiv jista’ jitħallas fil-forma ta’ dejn maħruġ mill-vettura tal-immaniġġjar tal-assi.
|
|
Artikolu 42 8.
|
Fejn l-għodda tal-istituzzjoni transitorja tkun ġiet applikata, vettura tal-immaniġġjar tal-assi tista’, sussegwentement għall-applikazzjoni tal-għodda tal-istituzzjoni transitorja, takkwista assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet mill-istituzzjoni transitorja.
|
|
Artikolu 42 9.
|
L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jistgħu jittrasferixxu assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet mill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni għal vettura waħda jew aktar tal-immaniġġjar tal-assi jew f’aktar minn okkażjoni waħda u jittrasferixxu assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet lura minn vettura waħda jew aktar tal-immaniġġjar tal-assi lill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni sakemm il-kondizzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 10 jiġu sodisfatti. L-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni għandha tkun obbligata tieħu lura kwalunkwe tali assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet.
|
|
Artikolu 42 10.
|
L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jistgħu jittrasferixxu drittijiet, assi jew obbligazzjonijiet lura mill-vettura tal-immaniġġjar tal-assi lill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni f’waħda minn dawn iċ-ċirkostanzi:
(a)
il-possibbiltà li d-drittijiet, l-assi jew l-obbligazzjonijiet speċifiċi jistgħu jiġu ttrasferiti lura hija ddikjarata espressament fl-istrument li bih ikun sar it-trasferiment;
(b)
id-drittijiet, l-assi jew l-obbligazzjonijiet speċifiċi ma jkunux fil-fatt jaqgħu fi ħdan il-klassijiet, jew jissodisfaw il-kondizzjonijiet għat-trasferiment tad-drittijiet, l-assi jew l-obbligazzjonijiet speċifikati fl-istrument li bih ikun sar it-trasferiment.
Fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet imsemmijin fil-punti (a) u (b), it-trasferiment lura jista’ jsir fi kwalunkwe żmien, u għandu jikkonforma ma’ kwalunkwe kondizzjoni oħra, iddikjarata f’dak l-istrument għall-iskop rilevanti.
|
|
Artikolu 42 11.
|
Trasferimenti bejn l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni u l-vettura tal-immaniġġjar tal-assi għandhom ikunu soġġetti għal salvagwardji tat-trasferimenti parzjali ta’ propjetà speċifikati fil-Kapitolu VII tat-Titolu IV.
|
|
Artikolu 42 12.
|
Mingħajr preġudizzju għall-Kapitolu VII tat-Titolu IV, l-azzjonisti jew il-kredituri tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni u partijiet terzi oħra li assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet tagħhom ma jiġux ittrasferiti lill-vettura tal-immaniġġjar tal-assi ma għandu jkollhom l-ebda dritt fuq jew fir-rigward tal-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet ttrasferiti lill-vettura tal-immaniġġjar tal-assi jew il-korp maniġerjali jew maniġment superjuri tagħha.
|
|
Artikolu 42 13.
|
L-objettivi ta’ vettura tal-immaniġġjar tal-assi m’għandhomx jimplikaw xi obbligu jew responsabbiltà lil partijiet interessati jew kredituri tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, u l-korp maniġerjali jew maniġment superjuri m’għandhomx ikollhom responsabbiltà għal tali partijiet interessati jew kredituri għal atti u omissjonijiet fl-eżerċizzju tal-obbligi tagħhom sakemm l-att jew l-ommissjoni ma tkunx timplika negliġenza kbira jew mġiba ħażina serja skont il-liġi nazzjonali li taffettwa direttament id-drittijiet ta’ tali partijiet interessati jew kredituri. L-Istati Membri jistgħu jillimitaw aktar ir-responsabbiltà ta’ vettura tal-immaniġġjar tal-assi u tal-korp maniġerjali jew maniġment superjuri tagħha skont il-liġi nazzjonali rigward atti u ommissjonijiet fil-qadi ta’ dmirijiethom.
|
|
Artikolu 42 14.
|
L-ABE għandha, sat-3 ta' Lulju 2015, toħroġ linji gwida skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 biex tippromwovi l-konverġenza ta’ prassi superviżorja u ta’ riżoluzzjoni fir-rigward tad-determinazzjoni meta, skont il-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, il-likwidazzjoni tal-assi jew l-obbligazzjonijiet taħt il-proċeduri normali ta’ insolvenza tkun tista’ jkollha effett negattiv fuq suq finanzjarju jew iktar.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|