+Artikolu 43 Strument ta’ rikapitalizzazzjoni interna
---+Artikolu 43 1.
---+Artikolu 43 2.
---+Artikolu 43 3.
---+Artikolu 43 4.
|
Artikolu 43 Strument ta’ rikapitalizzazzjoni interna
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 43 1.
|
Sabiex l-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna tkun effettiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jkollhom is-setgħat tar-riżoluzzjoni speċifikati tal-Artikolu 63(1).
|
|
Artikolu 43 2.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jkunu jistgħu japplikaw l-objettivi ta’ riżoluzzjoni speċifikati fl-Artikolu 31, skont il-prinċipji ta’ riżoluzzjoni speċifikati fl-Artikolu 34 għal kwalunkwe minn dawn l-iskopijiet:
(a)
tiġi rikapitalizzata istituzzjoni jew entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) ta’ din id-Direttiva li tissodisfa l-kondizzjonijiet għal riżoluzzjoni sal-punt suffiċjenti li tiġi restawrata l-kapaċità tagħha li tikkonforma mal-kondizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni (sal-punt li dawk il-kondizzjonijiet japplikaw għall-entità) u li twettaq l-attivitajiet li għalihom hija awtorizzata skont id-Direttiva 2013/36/UE jew id-Direttiva 2014/65/UE, fejn l-entità hija awtorizzata skont dawk id-Direttivi, u biex tingħata biżżejjed kunfidenza tas-suq fl-istituzzjoni jew l-entità;
(b)
jikkonvertu għall-ekwità jew inaqqsu l-ammont kapitali ta’ pretensjonijiet jew strumenti ta’ dejn li huma ttrasferiti:
(i)
lill-istituzzjoni tranżitorja bil-għan li jipprovdu kapital għal dik l-istituzzjoni transitorja; jew
(ii)
taħt l-għodda ta’ bejgħ ta’ negozju jew l-għodda tas-separazzjoni tal-assi.
|
|
Artikolu 43 3.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jkunu jistgħu japplikaw l-istrument ta’ rikapitazzazzjoni interna għall-iskop imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu biss jekk ikun hemm prospett raġonevoli li l-applikazzjoni ta’ dak l-istrument, flimkien ma’ miżuri oħra rilevanti inklużi miżuri implimentati skont il-pjan ta’ riorganizzazzjoni tan-negozju meħtieġa mill-Artikolu 52 se, apparti li tilħaq l-għanijiet rilevanti tar-riżoluzzjoni, tirrestawra l-istituzzjoni jew entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) inkwistjoni għal sodizza finanzjarja u vijabbiltà fit-tul. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jistgħu japplikaw kwalunkwe għodod tar-riżoluzzjoni msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 37(3), u l-istrumenti ta’ rikapitalizzazzjoni interna msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, fejn il-kondizzjonijiet stipulati fl-ewwel subparagrafu ma jkunux ntlaħqu.
|
|
Artikolu 43 4.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jistgħu japplikaw l-istrument ta’ rikapitulazzjoni interna għall-istituzzjonijiet jew l-entitajiet imsemmija fil-punt (b), (c), jew (d) tal-Artikolu 1(1) filwaqt li jirrispettaw f’kull każ il-forma legali tal-istituzzjoni jew entità kkonċernata jew li jkunu jistgħu jibdlu l-forma legali.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|