+Artikolu 44a Bejgħ ta' obbligazzjonijiet subordinati eliġibbli lil klijenti mhux professjonali
---+Artikolu 44a 1.
---+Artikolu 44a 2.
---+Artikolu 44a 3.
---+Artikolu 44a 4.
---+Artikolu 44a 5.
---+Artikolu 44a 6.
---+Artikolu 44a 7.

Artikolu 44a Bejgħ ta' obbligazzjonijiet subordinati eliġibbli lil klijenti mhux professjonali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 44a 1.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li bejjiegħ ta' obbligazzjonijiet eliġibbli li jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha msemmija fl-Artikolu 72a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ħlief għall-punt (b) tal-Artikolu 72a(1) u l-paragrafi 3 sa 5 tal-Artikolu 72b ta' dak ir-Regolament jbigħ tali obbligazzjonijiet lil klijent mhux professjonali, kif definit fil-punt 11 tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE, biss fejn il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin huma ssodisfati:

(a) 

il-bejjiegħ ikun wettaq test tal-adegwatezza skont l-Artikolu 25(2) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(b) 

il-bejjiegħ huwa sodisfatt, abbażi tat-test imsemmi fil-punt (a), li tali obbligazzjonijiet eliġibbli huma adegwati għal dak il-klijent mhux professjonali;

(c) 

il-bejjiegħ jiddokumenta l-adegwatezza skont l-Artikolu 25(6) tad-Direttiva 2014/65/UE.

Minkejja l-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-kondizzjonijiet stipulati fil-punti (a) sa (c) ta' dak is-subparagrafu għandhom japplikaw għal bejjiegħa ta' strumenti oħrajn li jikkwalifikaw bħala fondi proprji jew obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna.

Artikolu 44a 2.

Meta l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ikunu ssodisfati u l-portafoll tal-istrument finanzjarju ta' dak il-klijent mhux professjonali, fil-mument tax-xiri, ma jeċċedix EUR 500 000 , il-bejjiegħ għandu jiżgura, abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-klijent mhux professjonali skont il-paragrafu 3, li ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin huma sodisfatti fil-mument tax-xiri:

(a) 

il-klijent mhux professjonali ma jinvestix ammont aggregat li jaqbeż l-10 % tal-portafoll tal-istrument finanzjarju ta' dak il-klijent f'obbligazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1;

(b) 

dak l-ammont tal-investiment inizjali investit fi strumenti ta' obbligazzjoni waħda jew aktar imsemmija fil-paragrafu 1 huwa mill-inqas EUR 10 000 .

Artikolu 44a 3.
Il-klijent mhux professjonali għandu jipprovdi lill-bejjiegħ b'informazzjoni eżatta dwar il-portafoll tal-istrument finanzjarju tal-klijent mhux professjonali, li tinkludi kwalunkwe investimenti f'obbligazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1.
Artikolu 44a 4.
Għall-finijiet tal-paragrafi 2 u 3, il-portafoll tal-istrumenti finanzjarji tal-klijent mhux professjonali għandu jinkludi depożiti ta' flus kontanti u strumenti finanzjarji, iżda għandu jeskludi kwalunkwe strument finanzjarju li jkun ingħata bħala kollateral.
Artikolu 44a 5.
Mingħajr ħsara għall-Artikolu 25 tad-Direttiva 2014/65/UE, u permezz ta' deroga mir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 1 sa 4 ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu ammont minimu ta' denominazzjoni ta' mill-inqas EUR 50 000 għal obbligazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, filwaqt li jitqiesu l-kondizzjonijiet u l-prassi tas-suq ta' dak l-Istat Membru kif ukoll miżuri eżistenti ta' protezzjoni tal-konsumatur fil-ġurisdizzjoni ta' dak l-Istat Membru.
Artikolu 44a 6.
Meta l-valur tal-assi totali tal-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 1(1) li huma stabbiliti fi Stat Membru u li huma soġġetti għar-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45e ma jaqbiżx EUR 50 biljun, dak l-Istat Membru jista' permezz ta' deroga mir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 5 ta' dan l-Artikolu japplikaw biss ir-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 2(b) ta' dan l-Artikolu.
Artikolu 44a 7.
L-Istati Membri m'għandhomx ikunu meħtieġa li japplikaw dan l-Artikolu għal obbligazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 maħruġa qabel t-28 ta' Diċembru 2020.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.