+Artikolu 47 Trattament ta’ azzjonisti fir-rikapitalizzazzjoni interna jew fil-valwazzjoni negattiva jew konverżjoni ta’ strumenti kapitali
---+Artikolu 47 1.
---+Artikolu 47 2.
---+Artikolu 47 3.
---+Artikolu 47 4.
---+Artikolu 47 5.
---+Artikolu 47 6.

Artikolu 47 Trattament ta’ azzjonisti fir-rikapitalizzazzjoni interna jew fil-valwazzjoni negattiva jew konverżjoni ta’ strumenti kapitali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 47 1.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta japplikaw l-għodda ta’ rikapitalizzazzjoni interna fl-Artikolu 43(2) jew il-valwazzjoni negattiva jew il-konverżjoni ta’ strumenti kapitali fl-Artikolu 59, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jieħdu, fir-rigward tal-azzjonisti ’ waħda mill-azzjonijiet li ġejjin, jew it-tnejn:

(a) 

jikkanċellawstrumenti ta’ sjieda eżistenti jew jittrasferixxuhom lil kredituri suġġetti għal rikapitulazzjoni interna;

(b) 

bil-kundizzjoni li, skont il-valwazzjoni mwettqa taħt l-Artikolu 36, l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jkollha valur nett pożittiv, inaqqsu l-azzjonisti eżistenti b’riżultat tal-konverżjoni fi strumenti ta’ sjieda ta’:

(i) 

strumenti kapitali rilevanti maħruġa mill-istituzzjoni skont is-setgħa msemmija fl-Artikolu 59(2); jew

(ii) 

►M3  obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna ◄ maħruġa mill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni skont is-setgħa msemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 63(1).

Fir-rigward tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, il-konverżjoni għandha ssir b’rata ta’ konverżjoni li tnaqqas ferm il-parteċipazzjonijiet eżistenti ta’ strumenti ta’ sjieda.

Artikolu 47 2.

L-azzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jittieħdu fir-rigward ta’ azzjonisti meta l-istrumenti ta’ sjieda inkwistjoni jkunu nħarġu jew ġew konferiti fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a) 

skont il-konverżjoni ta’ strumenti tad-dejn għal strumenti ta’ sjieda skont it-termini kuntrattwali tal-istrumenti oriġinali tad-dejn fuq l-okkorrenza ta’ ġrajja li ppreċediet jew seħħet fl-istess żmien tal-valutazzjoni mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni li l-istituzzjoni jew entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) sodisfatt il-kondizzjonijiet għal riżoluzzjoni;

(b) 

skont il-konverżjoni ta’ strumenti kapitali rilevanti tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni skont l-Artikolu 60.

Artikolu 47 3.

Meta jikkunsidraw liema azzjoni għandha tittieħed skont il-paragarfu 1, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom iqisu:

(a) 

il-valwazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 36;

(b) 

l-ammont li bih l-awtorità ta’ riżoluzzjoni vvalutat li elementi tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni għandhom jitnaqqsu u strumenti kapitali rilevanti għandhom jiġu vvalutati negattivament jew konvertiti skont l-Artikolu 60(1).

(c) 

l-ammont aggregat vvalutat mill-awtorità tar-riżoluzzjoni skont l-Artikolu 46.

Artikolu 47 4.
B’deroga mill-Artikoli 22 sa 25 tad-Direttiva 2013/36/UE, ir-rekwiżit li jingħata avviż fl-Artikolu 26 tad-Direttiva 2013/36/UE, l-Artikoli 10(3), l-Artikolu 11(1) u (2) u l-Artikolu 12 u 13 tad-Direttiva 2014/65/UE u r-rekwiżit li jingħata avviż fl-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2014/65/UE, meta l-applikazzjoni tal-istrument ta’ rikapitalizzazzjoni interna jew il-konverżjoni ta’ strumenti kapitali tirriżulta f’akkwist ta’ jew żieda fil-parteċipazzjoni (holding) kwalifikanti f’istituzzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 22(1) tad-Direttiva 2013/36/UE jew l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2014/65/UE, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu l-valutazzjoni meħtieġa taħt dawk l-Artikoli fil-ħin, b’mod li ma jdewwimx l-applikazzjoni tal-istrument tar-rikapitalizzazzjoni interna jew il-konverżjoni ta’ strumenti kapitali, u ma jipprevjenix l-azzjoni ta’ riżoluzzjoni milli tilħaq l-għanijiet ta’ riżoluzzjoni rilevanti;
Artikolu 47 5.
Jekk l-awtorità kompetenti ta’ dik l-istituzzjoni ma tkunx lestiet il-valutazzjoni meħtieġa skont il-paragrafu 4 fid-data tal-applikazzjoni tal-istrument ta’ rikapitalizzazzjoni interna jew il-konverżjoni ta’ strumenti kapitali, l-Artikolu 38(9) għandu japplika għal kwalunkwe akkwist jew żieda f’parteċipazzjoni kwalifikanti minn akkwirent li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-istrument ta’ rikapitalizzazzjoni interna jew mill-konverżjoni ta’ strumenti kapitali.
Artikolu 47 6.
L-ABE għandha, sat-3 ta’ Lulju 2016, toħroġ linji gwida, skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, dwar iċ-ċirkostanzi li fihom tkun xierqa kull waħda mill-azzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, wara li tkun kkunsidrat il-fatturi speċifikati fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.