+Article 52 Pjan ta’ riorganizzazzjoni tan-negozju
---+Article 52 1.
---+Article 52 2.
---+Article 52 3.
---+Article 52 4.
---+Article 52 5.
---+Article 52 6.
---+Article 52 7.
---+Article 52 8.
---+Article 52 9.
---+Article 52 10.
---+Article 52 11.
---+Article 52 12.
---+Article 52 13.
---+Article 52 14.

Article 52 Pjan ta’ riorganizzazzjoni tan-negozju

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Article 52 1.
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li, fi żmien xahar wara l-applikazzjoni tal-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna fuq istituzzjoni jew entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) skont il-punt (a) tal-Artikolu 43(2), il-korp maniġerjali jew l-persuna/i maħtura skont l-Artikolu 72(1) għandhom iħejju u jippreżentaw lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni, pjan ta’ riorganizzazzjoni tan-negozju li jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafi 4 u 5 ta’ dan l-Artikolu. Fejn ikun applikabbli l-qafas tal-għajnuna mill-Istat tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali pjan ikun kompatibbli mal-pjan ta’ ristrutturazzjoni li l-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) tkun meħtieġa tissottometti lill-Kummissjoni skont dak il-qafas.
Article 52 2.
Meta l-għodda ta’ rikapitalizzazzjoni interna fil-punt (a) tal-Artikolu 43(2) tiġi applikata għal żewġ jew aktar entitajiet fi gruppi, il-pjan ta’ riorganizzazzjoni tan-negozju għandu jitħejja mill-istituzzjoni prinċipali tal-Unjoni u jkopri l-istituzzjonijiet kollha fil-grupp f’konformità mal-proċedura speċifikata fl-Artikoli 7 u 8 u jiġi preżentat lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell ta’ grupp. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell ta’ grupp għandha tikkomunika l-pjan lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni l-oħra kkonċernati u lill-ABE.
Article 52 3.
F’ċirkostanzi eċċezzjonali, u jekk ikun neċessarju biex jintlaħqu l-objettivi tar-riżoluzzjoni, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ tipproroga l-perjodu fil-paragrafu 1 sa massimu ta’ xahrejn mill-applikazzjoni tal-għodda ta’ rikapitalizzazzjoni interna.

Fejn ikun meħtieġ li l-pjan tar-riorganizzazzjoni tan-negozju jiġi nnotifikat fl-ambitu tal-qafas tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ tipproroga l-perjodu fil-paragrafu 1 sa massimu ta’ xahrejn mill-applikazzjoni tal-għodda ta’ rikapitalizzazzjoni interna jew sal-iskadenza stipulata taħt il-qafas tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat, skont liema jaħbat l-ewwel.

Article 52 4.
Pjan ta’ riorganizzazzjoni tan-negozju għandu jistabbilixxi miżuri bil-għan li jerġa’ jġib l-vijabbiltà fuq perjodu fit-tul tal-istituzzjoni jew tal-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) jew partijiet min-negozju tagħha fi żmien raġonevoli. Dawk il-miżuri għandhom ikunu bbażati fuq suppożizzjonijiet realistiċi fir-rigward tal-kondizzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji tas-suq li fihom topera l-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1).

Il-pjan ta’ riorganizzazzjoni tan-negozju għandu jikkunsidra, fost affarijiet oħrajn, l-istat attwali tas-swieq finanzjarji kif ukoll il-prospetti futuri tagħhom, u jirrifletti s-suppożizzjonijet l-aktar ottimisti kif ukoll l-aktar pessimisti, inkluża kombinazzjoni ta’ avvenimenti li tippermetti l-identifikazzjoni tal-vulnerabbiltajiet prinċipali tal-istituzzjoni. Is-suppożizzjonijiet għandhom jitqabblu ma’ punti ta’ referenza xierqa u għas-settur kollu.

Article 52 5.

Pjan ta’ riorganizzazzjoni tan-negozju għandu mill-inqas jinkludi l-elementi li ġejjin:

(a) 

djanjosi dettaljata tal-fatturi u l-problemi li kkawżaw lill-istituzzjoni jew lill-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) tfalli jew probabbli tfalli, u ċ-ċirkostanzi li wasslu għad-diffikultajiet tagħha;

(b) 

deskrizzjoni tal-miżuri bil-għan li terġa’ tinġieb il-vijabbiltà fit-tul tal-istituzzjoni jew tal-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) li għandhom jiġu adottati;

(c) 

skeda għall-implimentazzjoni ta’ dawk il-miżuri.

Article 52 6.

Il-miżuri bil-għan li terġa’ tinġieb il-vijabbiltà fit-tul tal-istituzzjoni jew tal-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) jistgħu jinkludu:

(a) 

ir-riorganizzazzjoni tal-attivitajiet tal-istituzzjoni jew tal-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1);

(b) 

bidliet fis-sistemi operattivi u fl-infrastruttura fl-istituzzjoni;

(c) 

l-irtirar minn attivitajiet li jagħmlu t-telf;

(d) 

ir-ristrutturar ta’ attivitajiet eżistenti li jistgħu jsiru kompetittivi;

(e) 

il-bejgħ ta’ assi jew linji ta’ negozju.

Article 52 7.
Fi żmien xahar mid-data tas-sottomissjoni tal-pjan ta’ riorganizzazzjoni tan-negozju, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni rilevanti għandha tivvaluta l-probabbilità li l-pjan, jekk jiġi implimentat, se jerġa’ jġib il-vijabbiltà fit-tul tal-istituzzjoni jew tal-entità msemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1). Il-valutazzjoni għandha titlesta bi qbil mal-awtorità kompetenti rilevanti.

Jekk l-awtorità ta’ riżoluzzjoni u l-awtorità kompetenti jkunu sodisfatti li l-pjan jilħaq dak l-għan, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tapprova l-pjan.

Article 52 8.
Jekk l-awtorità ta’ riżoluzzjoni ma tkunx sodisfatta li l-pjan jilħaq l-għan imsemmi fil-paragrafu 7, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha, bi qbil mal-awtorità kompetenti, tinnotifika lill-korp maniġerjali jew lill-persuna/i maħtura skont l-Artikolu 72(1) dwar it-tħassib tagħha u teħtieġ l-emenda tal-pjan b’mod li jindirizza dan it-tħassib.
Article 52 9.
Fi żmien ġimagħtejn mid-data tar-riċezzjoni tan-notifika msemmija fil-paragrafu 8, il-korp maniġerjali jew il-persuna/i maħtura skont l-Artikolu 72(1) għandhom jissottomettu għall-approvazzjoni pjan emendat lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tivvaluta l-pjan emendat, u għandha tinnotifika lill-korp maniġerjali jew il-persuna/i maħtura skont l-Artikolu 72(1) fi żmien ġimgħa jekk hijiex sodisfatta li l-pjan, kif emendat, jindirizza t-tħassib innotifikat jew jekk humiex meħtieġa emendi ulterjuri.
Article 52 10.
Il-korp maniġerjali jew il-persuna/i maħtura skont l-Artikolu 72(1) għandhom jimplimentaw il-pjan ta’ riorganizzazzjoni kif miftiehem mal-awtorità ta’ riżoluzzjoni u mal-awtorità kompetenti, u għandhom iressqu rapport mill-inqas kull sitt xhur għand l-awtorità ta’ riżoluzzjoni dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-pjan.
Article 52 11.
Il-korp maniġerjali jew il-persuna/i maħtura skont l-Artikolu 72(1) għandhom jirrevedu l-pjan jekk, fl-opinjoni tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni bil-qbil tal-awtorità kompetenti, dan ikun meħtieġ biex jinkiseb l-għan imsemmi fil-paragrafu 2, u għandu jissottometti kwalunkwe reviżjoni bħal din lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni għall-approvazzjoni.
Article 52 12.

L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika aktar:

(a) 

l-elementi minimi li għandhom jiġu inklużi fi pjan ta’ riorganizzazzjoni tan-negozju skont il-paragrafu 5; u

(b) 

il-kontenut minimu tar-rapporti skont il-paragrafu 10.

L-ABE għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Jannar 2016.

Lill-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Article 52 13.
L-ABE għandha, sat-3 ta’ Jannar 2016, tippubblika linji gwida skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 bil-għan li jispeċifikaw il-kriterji minimi li pjan ta’ riorganizzazzjoni tan-negozju jrid jissodisfa għall-approvazzjoni min-naħa tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni skont il-paragrafu 7.
Article 52 14.
B’kont meħud tal-esperjenza miksuba, fejn xieraq, fl-applikazzjoni tal-linji gwida msemmija fil-paragrafu 13, l-ABE tista’ tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji bil-għan li jiġu sodisfatti ulterjorment il-kriterji minimi li pjan ta’ riorganizzazzjoni tan-negozju jrid jissodisfa għall-approvazzjoni min-naħa tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni skont il-paragrafu 7.

Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.