+Artikolu 56 Għodod governattivi ta’ stabbilizzazzjoni finanzjarja
---+Artikolu 56 1.
---+Artikolu 56 2.
---+Artikolu 56 3.
---+Artikolu 56 4.
---+Artikolu 56 5.

Artikolu 56 Għodod governattivi ta’ stabbilizzazzjoni finanzjarja

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 56 1.
L-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ finanzjarju pubbliku straordinarju permezz ta’ għodod ta’ stabbilizzazzjoni finanzjarja skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, l-Artikolu 37(10) u l-qafas tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat, għall-fini ta’ parteċipazzjoni fir-riżoluzzjoni ta’ istituzzjoni jew entità msemmija fil-punt (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1), anki permezz ta’ intervent dirett sabiex jiġi evitat l-istralċ tagħha, bil-għan li jiġu sodisfatti l-objettivi għar-riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 31(2) b’rabta mal-Istat Membru jew mal-Unjoni fit-totalità tagħha. Tali azzjoni għandha titwettaq taħt it-tmexxija tal-ministeru kompetenti jew tal-gvern f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtorità ta’ riżoluzzjoni.
Artikolu 56 2.
Sabiex jingħata effett lill-għodda governattivi ta’ stabbilizzazzjoni finanzjarja, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li huma jew il-ministeri kompetenti jew tal-gvernijiet tagħhom ikollhom is-setgħat ta’ riżoluzzjoni rilevanti kif speċifikati fl-Artikoli 63 sa 72, kif ukoll jiggarantixxu li l-Artikolu 66, 68, 83 u 117 japplikaw.
Artikolu 56 3.
L-għodod governattivi ta’ stabbilizzazzjoni finanzjarja għandhom jintużaw meta jkun falla kull tentattiv ieħor wara li jkunu ġew ivvalutati u sfruttati l-għodod ta’ riżoluzzjoni l-oħra sal-livell massimu prattikabbli filwaqt li tinżamm l-istabbiltà finanzjarja, kif determinat mill-ministeru kompetenti jew il-gvernt wara konsultazzjoni mal-awtorità ta’ riżoluzzjoni.
Artikolu 56 4.

Fl-applikazzjoni tal-għodod governattivi ta’ stabbilizzazzjoni finanzjarja, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ministeri kompetenti jew il-gvernijiet tagħhom u l-awtorità ta’ riżoluzzjoni japplikaw l-għodod biss jekk jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha tal-Artikolu 32(1) kif ukoll tiġi sodisfatta waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

il-ministeru kompetenti jew il-gvern u l-awtorità ta’ riżoluzzjoni, wara konsultazzjoni mal-bank ċentrali u mal-awtorità kompetenti, jiddeterminaw li l-applikazzjoni tal-għodod ta’ riżoluzzjoni ma tkunx biżżejjed biex ikunu evitati effett negattiv sinifikanti fuq is-sistema finanzjarja;

(b) 

il-ministeru kompetenti jew il-gvern u l-awtorità ta’ riżoluzzjoni jiddeterminaw li l-applikazzjoni tal-għodod ta’ riżoluzzjoni ma tkunx biżżejjed biex tħares l-interessi pubbliċi, meta l-assistenza ta’ likwidità straordinarja mill-bank ċentrali tkun diġà ngħatat preċedentement lill-istituzzjoni;

(c) 

fir-rigward tal-għodda ta’ sjieda pubblika temporanja, il-ministeru kompetenti jew il-gvern, wara li ssir konsultazzjoni mal-awtorità kompetenti u mal-awtorità ta’ riżoluzzjoni, jiddetermina li l-applikazzjoni tal-għodod ta’ riżoluzzjoni ma tkunx biżżejjed biex tħares l-interessi pubbliċi, meta l-appoġġ ta’ ekwità pubblika permezz tal-istrument ta’ appoġġ pubbliku ta’ ekwità jkun diġà ngħata preċedentement lill-istituzzjoni.

Artikolu 56 5.

L-għodod ta’ stabbilizzazzjoni finanzjarja għandhom jikkonsistu fis-segwenti:

(a) 

l-għodda pubblika ta’ appoġġ għall-ekwità kif imsemmija fl-Artikolu 57;

(b) 

l-għodda ta’ sjieda pubblika temporanja kif imsemmija fl-Artikolu 58.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.