+Artikolu 65 Setgħa li jkun meħtieġ il-forniment ta’ servizzi u faċilitajiet
---+Artikolu 65 1.
---+Artikolu 65 2.
---+Artikolu 65 3.
---+Artikolu 65 4.
---+Artikolu 65 5.

Artikolu 65 Setgħa li jkun meħtieġ il-forniment ta’ servizzi u faċilitajiet

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 65 1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jkollhom is-setgħa jesiġu istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, jew kwalunkwe waħda mill-entitajiet fil-grupp tagħha, inkluż fejn tkun soġġetta għal proċeduri normali ta’ insolvenza, u kwalunkwe entità li hija parti mill-istess grupp bħall-istituzzjoni, biex tipprovdi kwalunkwe servizz jew faċilità li huma neċessarji biex jippermettu lil riċevitur jopera b’mod effettiv in-negozju ttrasferit lilu.

L-ewwel subparagrafu għandu japplika anki meta l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jew l-entità fi grupp rilevanti tkun daħlet fi proċeduri normali ta’ insolvenza.

Artikolu 65 2.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni tagħhom ikollhom setgħat jinfurzaw l-obbligi imposti, skont il-paragrafu 1, minn awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni fi Stati Membri oħra fuq entitajiet fi grupp stabbiliti fit-territorju tagħhom.
Artikolu 65 3.
Is-servizzi u l-faċilitajiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 huma ristretti għal servizzi operazzjonali u faċilitajiet u ma jinkludu l-ebda forma ta’ għajnuna finanzjarja.
Artikolu 65 4.

Is-servizzi u l-faċilitajiet ipprovduti skont il-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu skont it-termini li ġejjin:

(a) 

fejn is-servizzi u l-faċilitajiet kienu pprovduti fl-ambitu ta’ ftehim lill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni immedjatament qabel ittieħdet l-azzjoni ta’ riżoluzzjoni u għad-durata tal-ftehim, fuq l-istess termini;

(b) 

fejn ma jeżisti l-ebda ftehim jew fejn il-ftehim ikun skada, f’termini raġonevoli.

Artikolu 65 5.
L-ABE għandha, sat-3 ta' Lulju 2015, tippubblika linji gwida skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 biex tiġi speċifikata l-lista minima ta’ servizzi jew faċilitajiet li huma meħtieġa biex riċevitur ikun jista’ effettivament jopera negozju trasferit lilu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.