+Artikolu 68 Esklużjoni ta’ ċerti termini kuntrattwali f’intervent bikri u riżoluzzjoni
---+Artikolu 68 1.
---+Artikolu 68 2.
---+Artikolu 68 3.
---+Artikolu 68 4.
---+Artikolu 68 5.
---+Artikolu 68 6.
|
Artikolu 68 Esklużjoni ta’ ċerti termini kuntrattwali f’intervent bikri u riżoluzzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 68 1.
|
Miżura għall-prevenzjoni ta’ kriżi jew miżura għall-ġestjoni ta’ kriżi waħidha, meħuda fir-rigward ta’ entità f’konformità ma’ din id-Direttiva, inkluża l-okkorrenza ta’ xi avveniment marbut direttament mal-applikazzjoni ta’ tali miżura, ma għandhiex, fl-ambitu ta’ kuntratt li tkun daħlet fih l-entità, titqies bħala avveniment ta’ infurzar fis-sens tad-Direttiva 2002/47/jew bħala proċeduri ta’ insolvenza fis-sens tad-Direttiva 98/26/KE sakemm l-obbligi sostantivi fl-ambitu tal-kuntratt, inkluż l-obbligi ta’ ħlas u ta’ konsenja u l-forniment ta’ kollateral jibqgħu jiġu osservati. Barra minn hekk, tali miżura għall-prevenzjoni ta’ kriżi jew din il-miżura għall-ġestjoni ta’ kriżi ma għandhiex, waħdiha, titqies bħala avveniment ta’ infurzar jew proċeduri ta’ insolvenza fl-ambitu ta’ kuntratt li daħlet fih:
(a)
sussidjarja, li l-obbligi tagħha huma garantiti jew altrimenti sostnuti mill-impriża prinċipali jew minn kwalunkwe entità fi grupp; jew
(b)
kwalunkwe entitài ta’ grupp bħall-istituzzjoni li tinkludi dispożizzjonijiet ta’ kontroinadempjenza.
|
|
Artikolu 68 2.
|
Meta l-proċeduri ta’ riżoluzzjoni ta’ pajjiż terz huma rikonoxxuti skont l-Artikolu 94, jew altrimenti meta awtorità ta’ riżoluzzjoni tiddeċiedi hekk, tali proċeduri għandhom jikkostitwixxu, għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, miżura għall-prevenzjoni ta’ kriżi.
|
|
Artikolu 68 3.
|
►M3
Bil-kondizzjoni li l-obbligi sostanzjali fl-ambitu ta' dan il-kuntratt, inklużi l-obbligi ta' ħlas u ta' konsenja, u l-forniment ta' kollateral jibqgħu jiġu sodisfatti, miżura ta' prevenzjoni ta' kriżi, sospensjoni ta' obbligu taħt l-Artikolu 33a jew miżura ta' ġestjoni ta' kriżi, inkluż l-okkorrenza ta' kwalunkwe avveniment marbut direttament mal-applikazzjoni ta' din il-miżura, ma għandha, fiha stess, tippermetti li xi ħadd: ◄
(a)
jeżerċita ebda dritt ta’ terminazzjoni, sospensjoni, modifika, netting jew tpaċija, inkluż fir-rigward ta’ kuntratt li jsir minn
(i)
sussidjarja, li l-obbligi taħthom ikunu ggarantiti jew altrimenti sostnuti minn entità ta’ grupp;
(ii)
kwalunkwe entità ta’ grupp li tinkludi dispożizzjonijiet ta’ kontroinadempjenza;
(b)
jieħu pussess, jeżerċita kontroll jew jinforza xi garanzija fuq kwalunkwe proprjetà tal-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) ikkonċernata jew kwalunkwe entita’ ta’ grupp fir-rigward ta’ kuntratt li jinkludi dispożizzjonijiet ta’ kontroinadempjanza;
(c)
jolqot kwalunkwe dritt kuntrattwali tal-istituzzjoni jew tal-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) ikkonċernata jew kwalunkwe entita’ ta’ grupp fir-rigward ta’ kuntratt li jinkludi dispożizzjonijiet ta’ kontroinadempjanza.
|
|
Artikolu 68 4.
|
Dan l-Artikolu ma għandux jolqot id-dritt ta’ persuna li tieħu azzjoni msemmija fil-paragrafu 2 meta dak id-dritt jirriżilta bis-saħħa ta’ avveniment li mhuwiex miżura għall-prevenzjoni ta’ kriżi, miżura għall-ġestjoni ta’ kriżi, jew l-okkorrenza ta’ xi avveniment marbut direttament mal-applikazzjoni ta’ tali miżura.
|
|
Artikolu 68 5.
|
Sospensjoni jew restrizzjoni skont l-Artikoli 33a, 69, jew 70 ma għandhiex tikkostitwixxi ksur ta' obbligu kuntrattwali għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 3 ta' dan l-Artikolu u tal-Artikolu 71(1).
|
|
Artikolu 68 6.
|
Id-dispożizzjonijiet li jinsabu f’dan l-Artikolu għandhom jitqiesu bħala dispożizzjonijiet obbligatorji li jieħdu preċedenza fis-sens tal-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
14
).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|