+Artikolu 69 Setgħa ta’ sospensjoni ta’ ċerti obbligi
---+Artikolu 69 1.
---+Artikolu 69 2.
---+Artikolu 69 3.
---+Artikolu 69 4.
---+Artikolu 69 5.

Artikolu 69 Setgħa ta’ sospensjoni ta’ ċerti obbligi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 69 1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jkollhom is-setgħa jissospendu kwalunkwe obbligu ta’ ħlas jew konsenja skont kwalunkwe kuntratt li istituzzjoni taħt riżoluzzjoni tkun parti fih mill-pubblikazzjoni tal-avviż tas-sospensjoni skont l-Artikolu 83(4) sa nofsillejl fl-Istat Membru fejn l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni sa tmiem il-ġurnata ta’ negozju wara dik il-pubblikazzjoni.
Artikolu 69 2.
Meta obbligu ta’ ħlas jew konsenja kien ikun dovut matul il-perjodu tas-sospensjoni l-obbligu ta’ ħlas jew konsenja għandu jkun dovut immedjatament mal-iskadenza tal-perjodu ta’ sospensjoni.
Artikolu 69 3.
Jekk l-obbligi ta’ ħlas jew konsenja fl-ambitu ta’ kuntratt ta’ istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jkunu sospiżi skont il-paragrafu 1, l-obbligi ta’ ħlas jew konsenja tal-kontropartijiet tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni fl-ambitu ta’ dak il-kuntratt għandhom jiġu sospiżi għall-istess perjodu ta’ żmien.
Artikolu 69 4.

Kwalunkwe sospensjoni skont il-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għal obbligi ta' ħlas u ta' konsenja dovuti għal dan li ġej:

(a) 

sistemi u operaturi ta' sistemi deżinjatif'konformità mad-Direttiva 98/26/KE;

(b) 

CCPs awtorizzati fl-Unjoni skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 u CCPs ta' pajjiż terz rikonoxxuti mill-ESMA skont l-Artikolu 25 ta' dak ir-Regolament;

(c) 

banek ċentrali.

Artikolu 69 5.
Fl-eżerċizzju ta’ setgħa fl-ambitu ta’ dan l-Artikolu, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom iqisu l-impatt li l-eżerċizzju ta’ dik is-setgħa jista’ jkollu fuq il-funzjonament tajjeb tas-swieq finanzjarji.

L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jistabbilixxu l-ambitu ta' dik is-setgħa filwaqt li jikkunsidraw iċ-ċirkustanzi ta' kull każ. B'mod partikolari, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jivvalutaw bir-reqqa l-adegwatezza ta' estensjoni tas-sospensjoni għal depożiti eliġibbli kif definit fil-punt (4) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/49/UE, speċjalment għal depożiti koperti miżmuma minn persuni fiżiċi jew intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju.

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li fejn is-setgħa tas-sospensjoni tal-obbligi ta' ħlas jew konsenja tiġi eżerċitata fir-rigward ta' depożiti eliġibbli, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jiżguraw li d-depożitanti jkollhom aċċess għal ammont xierqa ta' kuljum minn dawk id-depożiti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.