+Artikolu 72 Eżerċizzju tas-setgħat ta’ riżoluzzjoni
---+Artikolu 72 1.
---+Artikolu 72 2.
---+Artikolu 72 3.
---+Artikolu 72 4.
|
Artikolu 72 Eżerċizzju tas-setgħat ta’ riżoluzzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 72 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sabiex jieħdu azzjoni ta’ riżoluzzjoni, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jkunu jistgħu jeżerċitaw kontroll fuq l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, sabiex:
(a)
joperaw u jmexxu l-attivitajiet u s-servizzi tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni bis-setgħat kollha tal-azzjonisti tagħha, u l-korp maniġerjali; u
(b)
jimmaniġġjaw u jiddisponu mill-assi u mill-proprjetà tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni.
Il-kontroll previst fl-ewwel subparagrafu jista’ jiġi eżerċitat direttament mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni jew indirettament minn persuna jew persuni maħtura mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-drittijiet ta’ vot ikkonferiti mill-istrumenti ta’ sjieda tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni ma jistgħux jiġu eżerċitati waqt il-perjodu ta’ riżoluzzjoni.
|
|
Artikolu 72 2.
|
Soġġett għall-Artikolu 85(1), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jkunu kapaċi jieħdu azzjoni ta’ riżoluzzjoni permezz ta’ ordni eżekuttiva skont il-kompetenzi u l-proċeduri amministrattivi nazzjonali, mingħajr ma jeżerċitaw kontroll fuq l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni.
|
|
Artikolu 72 3.
|
L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jiddeċiedu f’kull każ partikolari jekk huwiex xieraq li jwettqu azzjoni ta’ riżoluzzjoni permezz tal-mezzi speċifikati fil-paragrafu 1 jew fil-paragrafu 2, wara li jikkunsidraw l-għanijiet ta’ riżoluzzjoni u l-prinċipji ġenerali li jirregolaw ir-riżoluzzjoni, iċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni inkwistjoni u l-ħtieġa li tiġi ffaċilitata r-riżoluzzjoni effettiva ta’ gruppi transkonfinali.
|
|
Artikolu 72 4.
|
Ma għandux jitqies li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni huma viċi diretturi jew diretturi de facto skont id-dritt nazzjonali.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|