+Artikolu 85 Approvazzjoni ġudizzjarja ex ante u drittijiet li jiġu kkontestati d-deċiżjonijiet
---+Artikolu 85 1.
---+Artikolu 85 2.
---+Artikolu 85 3.
---+Artikolu 85 4.
|
Artikolu 85 Approvazzjoni ġudizzjarja ex ante u drittijiet li jiġu kkontestati d-deċiżjonijiet
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 85 1.
|
L-Istati Membri jistgħu jesiġu li deċiżjoni li tittieħed miżura ta’ prevenzjoni ta’ kriżi jew miżura ta’ ġestjoni ta’ kriżi tkun soġġetta għal approvazzjoni ġudizzjarja ex ante, bil-kondizzjoni li fir-rigward tad-deċiżjoni li tittieħed miżura ta’ ġestjoni ta’ kriżi, skont id-dritt nazzjonali, il-proċedura relatata mal-applikazzjoni għal approvazzjoni u l-eżami tal-qorti jkunu b’ħeffa.
|
|
Artikolu 85 2.
|
L-Istati Membri għandhom jistipulaw fil-liġi nazzjonali dritt ta’ appell kontra deċiżjoni biex tittieħed miżura ta’ prevenzjoni ta’ kriżi jew deċiżjoni biex tiġi eżerċitata kwalunkwe setgħa, għajr miżura ta’ ġestjoni ta’ kriżi, skont din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 85 3.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni kollha affettwati minn deċiżjoni li tittieħed miżura ta’ ġestjoni ta’ kriżi, ikollhom id-dritt ta’ appell kontra dik id-deċiżjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istħarriġ isir b’ħeffa u li l-qrati nazzjonali jużaw il-valutazzjonijiet ekonomiċi kumplessi tal-fatti mwettqa mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni bħala bażi għall-valutazzjoni tagħhom stess.
|
|
Artikolu 85 4.
|
Id-dritt ta’ appell imsemmi fil-paragrafu 3 għandu jkun soġġett għad-dispożizzjonijiet li ġejjin:
(a)
il-preżentazzjoni ta’ appell ma għandux jinvolvi xi sospensjoni awtomatika tal-effetti tad-deċiżjoni kkontestata;
(b)
id-deċiżjoni tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tkun infurzabbli minnufih u għandha tagħti lok għal suppożizzjoni konfutabbli li s-sospensjoni tal-infurzar tagħha tkun kontra l-interess pubbliku.
Fejn jeħtieġ li jiġu protetti l-interessi ta’ partijiet terzi li jaġixxu in bona fide li akkwistaw strumenti ta’ sjieda, jew assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet ta’ istituzzjoni taħt riżoluzzjoni permezz tal-użu ta’ għodda ta’ riżoluzzjoni jew l-eżerċizzju tas-setgħat ta’ riżoluzzjoni minn awtorità ta’ riżoluzzjoni, l-annullament ta’ deċiżjoni ta’ awtorità ta’ riżoluzzjoni ma għandhiex tolqot l-ebda att jew tranżazzjoni amministrattiva sussegwenti konklużi permezz tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni kkonċernata li kienu bbażati fuq id-deċiżjoni annullata. F’dak il-każ, ir-rimedji għal deċiżjoni jew azzjoni inġusta mill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom ikunu limitati għal kumpens għat-telf imġarrab mill-applikant bħala riżultat tad-deċiżjoni jew l-azzjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|