+Artikolu 102 Livell immirat
---+Artikolu 102 1.
---+Artikolu 102 2.
---+Artikolu 102 3.
---+Artikolu 102 4.
---+Artikolu 102 5.
|
Artikolu 102 Livell immirat
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 102 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sal-31 ta’ Diċembru 2024, il-mezzi finanzjarji disponibbli tal-arranġamenti ta’ finanzjament tagħhom, jilħqu mill-inqas 1 % tal-ammont tad-depożiti koperti tal-istituzzjonijiet kollha awtorizzati fit-territorju tagħhom. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu livelli mmirati li jeċċedu dak l-ammont.
|
|
Artikolu 102 2.
|
Matul il-perjodu inizjali ta’ żmien imsemmi fil-paragrafu 1, kontribuzzjonijiet għall-arranġamenti ta’ finanzjament miġbura skont l-Artikolu 103 għandhom jinfirxu tul iż-żmien bl-aktar mod ekwu possibbli sakemm jintlaħaq il-livell fil-mira, iżda b’kunsiderazzjoni xierqa tal-fażi taċ-ċiklu ta’ negozju u l-impatt li l-kontribuzzjonijiet pro-ċikliċi jista’ jkollhom fuq il-pożizzjoni finanzjarja tal-instituzzjonijiet kontribwenti. L-Istati Membri jistgħu jestendu l-perjodu inizjali ta’ żmien b’massimu ta’ erba’ snin fil-każ li l-arranġamenti ta’ finanzjament jkunu għamlu żborzi akkumulati ta’ aktar minn 0,5 % tad-depożiti koperti tal-istituzzjonijiet kollha awtorizzati fit-territorju tagħhom li huma ggarantiti taħt id-Direttiva 2014/49/UE.
|
|
Artikolu 102 3.
|
Jekk, wara l-perjodu inizjali ta’ żmien imsemmi fil-paragrafu 1, il-mezzi finanzjarji disponibbli jonqsu taħt il-livell fil-mira speċifikat f’dak il-paragrafu, għandhom jerġgħu jibdew jinġabru l-kontribuzzjonijiet regolari skont l-Artikolu 103 sakemm jintlaħaq il-livell fil-mira. Wara li jkun intlaħaq il-livell fil-mira għall-ewwel darba u fejn il-mezzi finanzjarji disponibbli jkunu sussegwentement tnaqqsu għal anqas minn żewġ terzi tal-livell immirat, dawk il-kontributi għandhom jiġu stabbiliti f’livell li jippermetti li jintlaħaq il-livell immirat fi żmien sitt snin. Il-kontribuzzjoni regolari għandha tagħti kunsiderazzjoni xierqa tal-fażi taċ-ċiklu ta’ negozju, u l-impatt li l-kontribuzzjonijiet proċikliċi jista’ jkollhom fl-iffissar tal-kontribuzzjonijiet annwali fil-kuntest ta’ dan il-paragrafu.
|
|
Artikolu 102 4.
|
L-ABE għandha tressaq rapport lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Ottubru 2016 bir-rakkomandazzjonijiet dwar il-punt ta’ referenza adatt għat-twaqqif tal-livell fil-mira għall-arranġament ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni, u partikolarment jekk l-obbligazzjonijiet totali humiex bażi aktar xierqa minn depożiti koperti.
|
|
Artikolu 102 5.
|
Abbażi tar-riżultati tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 4, il-Kummissjoni għandha, jekk adatt, tippreżenta sal-31 ta’ Diċembru 2016 lill-Parlament Ewropew u lill-Kusill proposta leġiżlattiva dwar il-bażi għal-livell fil-mira għar-riżoluzzjoni tal-arranġamenti ta’ finanzjament.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|