+Artikolu 103 Kontribuzzjonijiet ex-ante
---+Artikolu 103 1.
---+Artikolu 103 2.
---+Artikolu 103 3.
---+Artikolu 103 4.
---+Artikolu 103 5.
---+Artikolu 103 6.
---+Artikolu 103 7.
---+Artikolu 103 8.
|
Artikolu 103 Kontribuzzjonijiet ex-ante
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 103 1.
|
Sabiex jilħqu l-livell fil-mira speċifikat fl-Artikolu 102, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kontribuzzjonijiet jinġabru mill-anqas annwalment mill-istituzzjonijiet awtorizzati fit-territorju tagħhom inkluż mill-fergħat fl-Unjoni.
|
|
Artikolu 103 2.
|
Il-kontribuzzjoni ta’ kull istituzzjoni għandha tkun pro rata għall-ammont tal-obbligazzjonijiet tagħha (esklużi l-fondi proprji) li minnhom jitnaqqsu d-depożiti koperti fir-rigward tal-obbligazzjonijiet aggregati (esklużi l-fondi proprji) li minnhom jitnaqqsu d-depożiti koperti tal-istituzzjonijiet kollha awtorizzati fit-territorju tal-Istat Membru. Dawk il-kontribuzzjonijiet għandhom jiġu aġġustati proporzjonalment għall-profil tar-riskju tal-istituzzjonijiet, f’konformità mal-kriterji adottati skont il-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 103 3.
|
Il-mezzi finanzjarji disponibbli li għandhom jitqiesu biex jintlaħaq il-livell immirat speċifikat fl-Artikolu 102 jistgħu jinkludu impenji ta’ pagamenti irrevokabbli li huma kompletament sostnuti b’kollateral ta’ assi b’riskju baxx mhux ostakolati b’xi drittijiet ta’ parti terza, għad-dispożizzjoni ħielsa u allokati għall-użu esklużiv tal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għall-finijiet speċifikati fl-Artikolu 101(1). Is-sehem tal-impenji irrevokabbli ta’ pagament ma għandux jaqbeż 30 % tal-ammont totali ta’ kontribuzzjonijiet miġbura skont dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 103 4.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-obbligu tal-ħlas tal-kontribuzzjonijiet speċifikat f’dan l-Artikolu jkun infurzabbli skont il-liġi nazzjonali, u li l-kontribuzzjonijiet dovuti jitħallsu bis-sħiħ. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu obbligi ta’ reġistrazzjoni, ta’ kontabilità, ta’ rappurtar u oħrajn xierqa sabiex jiżguraw illi l-kontribuzzjonijiet dovuti jitħallsu bis-sħiħ. L-Istati Membri għandhom jiżguraw miżuri għal verifikazzjoni xierqa ta’ jekk il-kontribuzzjonijiet tħallsux korrettament. L-Istati Membri għandhom jiżguraw miżuri li jimpedixxu l-evażjoni, l-evitar u l-abbuż.
|
|
Artikolu 103 5.
|
L-ammonti miġbura skont dan l-Artikolu għandhom jintużaw biss għall-għanijiet speċifikati fl-Artikolu 101(1).
|
|
Artikolu 103 6.
|
Soġġett għall-Artikoli 37, 38, 40, 41 u 42, l-ammonti rċevuti mingħand l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jew l-istituzzjoni tranżitorja, l-imgħax u qligħ ieħor fuq l-investimenti u kwalunkwe qligħ ieħor jistgħu jibbenefikaw l-arranġamenti ta’ finanzjament.
|
|
Artikolu 103 7.
|
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 115 sabiex tispeċifika l-kunċett ta’ aġġustament tal-kontribuzzjonijiet fi proporzjon tal-profil tar-riskju tal-istituzzjonijiet kif imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, filwaqt li tqis dan kollu li ġej:
(a)
l-iskopertura tar-riskju tal-istituzzjoni, inkluża l-importanza tal-attivitajiet tal-kummerċ tagħha, l-iskoperturi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ tagħha u l-grad ta’ ingranaġġ tagħha;
(b)
l-istabbiltà u l-varjetà ta’ sorsi ta’ finanzjament tal-kumpanija u assi likwidi ħafna li mhux imfixkla;
(c)
il-kondizzjoni finanzjarji tal-istituzzjoni;
(d)
il-probabbiltà li l-istituzzjoni tidħol f’riżoluzzjoni;
(e)
il-punt safejn l-istituzzjoni tkun ibbenefikat preċedentement minn għajnuna finanzarja pubblika straordinarja;
(f)
il-kumplessità tal-istruttura tal-istituzzjoni u r-riżolvibbiltà tagħha, u
(g)
l-importanza tal-istituzzjoni għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja jew l-ekonomija ta’ wieħed mill-Istati Membri jew aktar jew tal-Unjoni;
(h)
il-fatt li l-istituzzjoni hi parti minn IPS.
|
|
Artikolu 103 8.
|
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 115 sabiex tispeċifika:
(a)
ir-reġistrazzjoni, il-kontabbiltà, l-obbligi tar-rappurtar u obbligi oħra msemmija fil-paragrafu 4 maħsuba biex jiżguraw li l-kontribuzzjonijiet jiġu effettivament imħallsa;
(b)
l-miżuri msemmija fil-paragrafu 4 biex tiżgura verifikazzjoni adegwata ta’ jekk il-kontribuzzjonijiet tħallsux korrettament.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|